Coat of Arms

Palazz Marija Assunta

Triq Rokku Buhagiar,  Qrendi QRD 1011
 MALTA

 Tel. 356 21640313

Title
The Statue

All that appears on this website is the property of St. Mary’s Musical Society, Qrendi and cannot be reproduced or copied without the prior consent of the mentioned Society Committee.

Dak kollu li jidher fuq din il-websajt huwa propjeta’ tas-Socjeta’ Muzikali Santa Marija, Qrendi u ma jistax jigi riprodott jew ikkupjat minghajr il-kunsens min qabel tal-Kumitat ta’ l-istess Socjeta’

Last Update:

July 2010

BuiltWithNOF

The sculptor Antonio Chircop (1748-1869) made his best work in the year 1839 when he made the Trinity of Senglea and the statue of the Assumption of Qrendi which is taken out every year on the 15th August, in a procession. This is a unique statue, sculpted in wood, the form of the hands, the clothes and the angels are all unique. He was influenced by no other existing statues as was the usual practise in those days. Some changes were made afterwards by Francesco Sciortino (1875-1958), the clouds were made of silver.

It was redecorated in gold in 1945 and was triumphantly brought back from Valletta to Qrendi on foot (six miles). It was accompanied by the band which was making its debut programme. It is made from a solid trunk and is very very heavy to carry. The four bouquets were made by Manuel Sciberras in 1977 as was the garland of flowers under the clouds.

*****************************************************************************************************

Innu lil Santa Marija
 minn Karmenu Vassallo
 Ħallina Marija, ninsġulek
 Ħannieqa ta' ġawhar, ta' talb;
 Ħallina Marija, nroddulek
 Kull ħajr u kull qima mill-qalb.
 *****
 Fik għaxqet il-ġenna!
 Bik qalbna tithenna!
 Dewwaqna mill-benna
 Ta' frottok Ġesu!
 *****
 Omm Verġni li ħlistna w qaddistna
 Bid-demm ta' Min tlaħħam ġo fik:
 Bil-grazzja mimlija Marija,
 Li l-baħħ u kull wesgħa mlejt bik.
 *****
 Omm Alla w Omm tagħna,
 Rebbieħa Sultana,
 Issokta ieqaf magħna
 Kif dejjem għamilt.
 *****
 Omm Xebba li d-dnub qatt ma tebba',
 Li kont qabel ftuħ il-ħolqien,
 Li tlugħek bil-ġisem ma' ruħek
 Fis-sema sar għageb kull żmien.
 *****
 Żid dejjem urina
 Kemm inti ħanina,
 Li trid tkun għalina
 Int biss tarka w sejf
 *****
 12-04-1945

It-Tlugh ta’ Marija fis-Sema

minn Marco Farrugia

L-Assunzjoni mirakoluz ta’ Marija lejn is-sema hu, ghal hafna nies, wiehed mill-aktar taghlim Kattoliku difficli li nistghu naccettaw, f’parti minhabba li jidher li m’hemm l-ebda taghrif fuqu fl-Iskrittura, u anke peress li d-definizzjoni Dommatika ta’ din id-duttrina ma sehhitx hlief ghal zminijiet ricenti (1950, fil-fatt, minkejja li dan it-twemmin ilu jissemma ghal bosta snin shah). Dan l-artiklu hu intenzjonat li jixhet ftit tad-dawl fuq ir-ragunijiet ghalina l-Kattolici li nemmnu f’dan l-avveniment mill-isbah.

L-Assunzjoni: Definizzjoni

“Finalment il-Vergni Immakulata, mehlusa minn kull tebgha tad-Dnub Originali, meta temmet iz-zmien taghha fuq din l-art, giet mehuda fil-glorja tas-sema bir-ruh u l-gisem, u mghollija min Alla l-Gholi fuq it-tron taghha, u maghmula regina ta’ kull hlejqa ohra, sabiex hi setghet tkun f’konformi ma’ Binha, ir-Re tar-Rejiet u r-Rebbieh fuq id-dnub u l-mewt.”

It-tlugh tal-Vergni Mbierka Marija fis-sema hu tishib singulari mal-qawmien mill-mewt ta’ Binha, u thabbira minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ kull Nisrani:

  • · “Meta tajt it-twelid lil Ibnek, inti harist bla mittiefsa l-verginita’ tieghek, meta rqadt ir-raqda tal-mewt int ma ma hallejtx id-dinja, o Omm Alla: int wasalt hdejn l-ghajn tal-hajja, int li nissilt lil Alla l-haj, u bit-talb tieghek tehles l-erwieh taghna mill-mewt.” (Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika § 966)

Fil-fatt Marija mietet?

Din hi mistoqsija miftuha fit-Teologija Kattolika, imma hafna Teologi jahsbu li din sehhet, ghalhekk it-titlu antik tal-Festa ta’ l-Assunzjoni, il-Festa tad-Dormizju, jigifieri meta Marija “raqdet“ fil-mewt. Ic-Celebrazzjoni liturgika ta’ l-Assunzjoni (bil-Grieg anastesis), tal-Passagg (metastasis) u tar-Raqda (koimesis) ta’ Marija Omm Alla, diga hemm xhieda bikrija tieghu fis-sitt seklu fl-Orjent u fis-seba seklu fl-Occident. F’ Gerusalemm l-insara kienu jingabru fil-post fejn skond it-tradizzjoni Omm Alla ghaddiet ghas-sema fil-15 ta’ Awissu u dan kien ga jsir qabel il-Koncilju ta’ Efesu (431). F’Ruma l-Papa Sergju I (+701) hareg digriet li l-festi tat-Twelid, tat-Thabbira, tal-Purifikazzjoni u ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija ghandhom jigu ccelebrati permezz ta’ purcissjoni solenni li tibda mill-Knisja ta’ Sant’ Andrijanu fil-Foru Ruman u tispicca fil-Knisja ta’ Santa Marija Magguri. U din il-festa ta’ l-Assunzjoni dejjem zammet din l-importanza kemm fl-Orjent kif ukoll fl-Occident, festa marbuta b’qawwa mal-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja.

L-Assunzjoni ta’ Marija nsibuha miktuba fl-Iskrittura?

Ludwig Ott, awtur tal-ktieb eccelenti: “Fudamentalizmu tad-Dommatika“ frankament qal, “Provi espressi u diretti m’ hemmx.” Imma hemm hafna evidenzi indiretti, li ahna se nevalwaw.

    • · Fir-rigward ta’ Gwanni 3:13, “Hadd ma tela’ s-sema hlief Bin il-bniedem, li nizel mis-sema.“
    • · It-titlu “Assunzjoni“ hu importanti, u wiehed irid joqghod attent li hawnhekk ma jhawwadx l-espressjoni; fit-terminologija Kattolika l-Assunzjoni hi grajja li Alla ghamel lil Marija billi ghollieha lejn is-sema, u li ghal dan Marija ma kellha l-ebda kontroll, filwaqt li t-Tlugh ta’ Kristu fis-sema kien divin, sehh bis-setgha tieghu stess.
    • · Meta kienet l-ahhar darba li Marija ssemmiet fl-Iskrittura?
    • · Fil-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli li nkiteb bil-Grieg minn San Luqa, l-awtur tat-tielet Evangelju, kif jidher mill-ewwel vers, ghal habta tas-sena 80 W.K., izda fejn ma nafux. F’dan il-ktieb San Luqa jghid: “U lkoll qalb wahda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Gesu’, u ma’ hutu (Atti 1:14). Il-passagg l-iehor huwa mehud mill-Ittra li San Pawl kiteb lill-Galatin bejn is-sena 52 u s-sena 58. Is-suggett ewlieni ta’ l-ittra hu n-natura tal-gustifikazzjoni tal-bniedem permezz tal-fidi f’Gesu’ Kristu, minghajr il-bzonn tal-ligi ta’ Mose’. L-Appostlu jiddefendi l-liberta’ tan-nisrani u jurina kif in-nisrani, wild addottiv ta’ Alla, jista’ jsejjahlu Abba, Missier! Marija l-ahhar darba li tissemma huwa propju f’din l-Ittra fejn San Pawl jikteb: “Izda meta waslet il-milja taz-zmien, Alla baghat lil Ibnu, mwieled minn mara...“ (Gal 4:4).
    • · Ghaliex ma tissemmiex hafna?
    • · Mhux daqshekk ta’ sorpriza, ghaliex Marija kienet hajja meta t-Testment il-Gdid kien qed jinkiteb, hi kollha matura umli u probabli kienet tahrab mix-xena. L-irwol taghha kien li ggib lil Messija fid-dinja, trabbieh u tghallmu, u l-koncentrament tat-Testment il-Gdid kien jiffoka primarjament fuq hajjet Gesu’ u l-ministeru appostoliku li kien ghamel wara l-qawmien tieghu mill-mewt.
    • · X’sar minnha Marija wara l-Pentekoste?
    • · Marija Omm Gesu’ Kristu tpoggiet taht il-kura ta’ Gwanni (Gw 19:26-27), u Gwanni kien il-“kolonna” tal-Knisja f’ Gerusalemm ghal xi zmien (Gal 2:9), qabel ma kien jghix f’Efesu sakemm gie eziljat f’Patmos.
  • · Marija u l-Arka tal-Patt il-Gdid fil-Ktieb ta’ l-Apokalissi
  • · “U nfetah it-tempju ta’ Alla, li hemm fis-sema, u dehret l-Arka tal-Patt tieghu fit-tempju tieghu” (Apok 11:19). “U hi wildet iben, tifel, li kien ghad irid jirgha l-gnus b’xettru tal-hadid. U binha gie mahtur ghal quddiem Alla u quddiem it-tron tieghu (Apok 12:5).
  • · Fl-Apokalissi 11:19 l-Arka tal-Patt il-Gdid tidher fis-sema. Jekk inti familjari mat-tipologija Bibblika, inti taf li hafna ghorrief jaraw l-Arka tal-Patt il-Gdid bhala Marija ohra.
  • · Il-kontenut ta’ l-Arka
  • · Ahna nafu bil-kontenut ta’ l-Arka minn diversi passaggi mill-ewwel hames Kotba Bibblici: il-Pentetewku u mill-Ittra lil-Lhud 9:4 “F’din kien hemm l-artal tad-deheb ghall-incens, u l-arka tal-patt, miksija minn kull naha bid-deheb, li fiha kien hemm bieqja tad-deheb bil-manna, il-virga ta’ Aron li minnha kien hareg il-ward, u t-twavel tal-patt.”
    • · It-twavel tal-patt, l-ghaxar kmandamenti ta’ Alla, li kienu xempju ta’ Kristu, il-kelma inkarnata tal-Mulej (Gw 1:1).
    • · Il-manna, il-hobz li gie mis-sema, xempju iehor ta’ Kristu, il-veru hobz tas-sema (Gw 6:32)
    • · U fiha wkoll il-virga ta’ Aron il-qassis il-kbir, bhala sinjal tal-qassis il-kbir Levitku, “tip” iehor ta’ Gesu’ Kristu, bhala il-Qassis il-Kbir taghna (Lhud 4:14)..
      •  

Details of the Statue

Evidenzi ohra ta’ l- Arka simbolu ta’ Marija

Marija gfarret lil Gesu’ f’gufha, ghalhekk hi l-arka, l-Arka tal-Patt il-Gdid fit-Testment il-Gdid. Hemm ukoll xi paralleli interessanti bejn 2 Samwel 6 (li jitkellem fuq l-attentat ta’ David biex igib l-Arka lejn Gerusalemm) u f’San Luqa 1 (li jitkellem dwar il-vizita’ li Marija ghamlet lil qariba taghha Elizabetta) l-Arka kienet fil-Gudea, u Marija marret fil-Gudea; David staqsa “Kif tista’ l-Arka tal-Mulej tigi ghandi?” u Elizabetta qalet “Min jien biex omm il-Mulej tigi ghandi?”; l-Arka ghamlet tlett xhur fid-dar ta’ Ghobed-edom, u Marija ghamlet tlett xhur fid-dar ta’ Zakkarija. David qabez u zifen quddiem l-Arka, u c-ckejken Gwanni l-Ghammiedi qabez f’guf Elizabetta meta ommu semghet it-tislima ta’ Marija.

Fl-Apokalissi ta’ San Gwann l-Evangelista, l-Arka giet mibdula minn mara li tat il-hajja lil tarbija maskili, li apparentement hu Gesu’ (ibbazat, fost hafna affarijiet ohra, fuq Apok 12:5 “Wiehed li kellu jirgha l-gnus b’xettru tal-hadid” li jikkorispondi ma’ l-implikazzjonijiet Messjanici tas-Salm 2:7-9 “Irrid inxandar id-digriet tal-Mulej; hu qalli: ‘Ibni int, jien illum nissiltek. Itlobni, u l-gnus naghtik b’wirtek, u truf l-art bi priza tieghek. B’virga tal-hadid int tkissirhom, bhal garra tal-fuhhar frak taghmilhom’.)” Dan ifisser li l-mara hi Marija, (imma importanti li wiehed izomm f’mohhu li dan hu passagg polivalenti, jigifieri il-mara ma tkunx biss simbolu ta’ Marija, imma wkoll tal-Knisja u ta’ Izrael). Minhabba l-Arka tidher fit-tempju tal-Mulej fis-sema, u li minhabba li l-gisem fiziku ta’ Marija hu l-Arka tat-Testment il-Gdid, Marija hi fizikament fis-sema u mhux biss l-ispirtu taghha.

Evidenza Storika

Fl-ewwel zminijiet tal-Knisja, ir-relikwi tal-qaddisin u l-martri kienu mharsa b’ghozza kbira, imma hadd qatt ma kien hemm li pproklama li ghandu xi fdal minn ta’ Marija. Fil-fatt San Gwann Damaxxenu jghidilna:

    • · “San Guvenal, Isqof ta’ Gerusalemm, fil-Koncilju ta’ Kalcedonja (W.K. 451) gharraf lill-Imperatur Marcjanu u lil Pulkerja, li xtaq izomm il-gisem ta’ Omm Alla, li Marija mietet fil-prezenza ta’ l-Appostli kollha, imma l-qabar taghha, meta nfetah, fuq ix-xewqa ta’ San Tumas, instab vojt; minn fejn l-Appostli kkonkludew li gisimha gie merfugh lejn is-sema.”

Hafna apologisti Kristjani innotaw li l-awtoritajiet Rumani jew Lhud ta’ l-ewwel seklu setghu gabu fix-xejn l-ewwel twemmin Kristjan fil-qawmien mill-mewt ta’ Gesu’ Kristu billi sempliciment jipproducu l-gisem mejjet ta’ Kristu; ragunament simili setgha jingab, fir-rispett ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija. Il-fatt li ma hemm l-ebda hjiel fl-istorja li xi hadd kellu pussess tar-relikwi taghha, hu punt importanti u favur dan it-taghlim tal-Knisja.

 

Ghaliex l-Assunzjoni ta’ Marija ma tantx tissemma hdejn duttrini ohra?

Fl-ewwel zminijiet il-Knisja kienet preokkupata biex issolvi mistoqsijiet Kristologici, partikularment ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Kristu, dik taz-zewg naturi dik divina u dik umana u r-rieda tieghu lejn Missieru. Ghal darba dawn id-duttrini importantanti kienu mghoddija, il-Knisja gradwalment setghet titfa’ l-attenzjoni taghha fuq Marija u bdew jesploraw xi tfisser ghal mara li intaghzlet bhala Teotokos ( li tfisser Omm Alla), u b’ liema mod kien jixirqilha li Alla jonorha.

Sommarju

Marija hi ghal hafna ragunijiet “il-prototip” tal-Knisja; li dak li ghaddiet minnu Marija hu xhieda ta’ x’se jigri lilna l-insara meta mmutu u mmorru l-genna, jew fit-tieni migja. Per ezempju, Marija kienet prottetta min Alla mid-dnub, u fil-genna ahna ma naqghux fid-dnub; il-gisem glorjuz taghha gie mehud lejn is-sema, u fl-ahhar jum tad-dinja l-igsma igglorifikati tal-qaddisin kollha se jittiehdu lejn is-sema.

It-taghlim dwar l-Assunzjoni hu bbazat ukoll ghad-dritt tal-privilegg mghoti lil Marija min Alla. Fatti ghal dan huma li hi giet maghzulha biex tkun Omm Alla l-Iben u l-akkwist perfett ghar-rieda ta’ Alla. Minn meta Gesu’ li kien il-qofol tal-perfezzjoni kien jonora lill-Ommu perfettament, ghalhekk hi haga xierqa li l-Assunzjoni kienet wahda mix-xhieda ta’ l-imhabba li Kristu kellu lejn Ommu. Ghalhekk huwa xieraq li hi tinghata l-effetti kollha tar-Redenzjoni, li hi l-glorifikazzjoni tal-gisem u r-ruh. It-taghlim ta’ l-Assunzjoni jurina l-wedgha glorjuza li qed tistenna lilna l-werrieta tas-saltna ta’ Alla, u ssahhah u turi bic-car id-dinjita’ li ahna ghandna bhala wlied Alla

**********************************

1 Koncilju Vatikan II, Lumen Gentium § 69; ara l-proklamazzjoni tal-Papa Piju XII, Munificeentissimus Deus (1950); Denizinger-Schonmetzer, 3903; u ara Apok: 19: 16

2 Liturgija Bizantina, Troparju ghall-festa tad-Dormizzjoni tal-Vergni Marija (15 ta’ Awissu)