|
|
 |
 |
 |
 |
 |
 |
|
Is-Surmast Mario Testa twieled fl-isptar Santa Katarina Ħ'Attard nhar is-7 ta' Awissu fl-1970, iben Joseph u M'Dolores nee' Bonello t-tnejn minn Ħal-Qormi. Huwa beda l-edukazzjoni tiegħu skolastika għand is-sorijiet ta' Santa Monica, wara attenda Saint Albert il-Belt Valletta u għamel is-sekondarja fis-Saint Michael school tas-Soċjeta' tad-duttrina tal-Museum. Fl-1991 iżżewweġ lil Silvana nee' Camilleri u għandhom tlett it-tfal Rowena, Jean Paul u Giorgio.Ta' seba snin beda jistudja l-mużika fil-każin San Ġorġ Martri. Meta kellu għaxar snin reġa beda jattendi għal-lezzjonijiet għand is-surmast Archibald Mizzi. Nhar il-ħadd 2 ta' Ġunju 1984 Mario Testa ħareġ idoqq għall-ewwel darba mall-Banda San Ġorġ Martri ta' Ħal-Qormi bl-isturment Althorn fil-festa tat-Trinita' Qaddisa ġewwa l-Marsa.
Mario Testa studja t-teorija għand il-professur Charles Zammit ta' Ħal-Luqa, fejn għamel bosta eżamijiet tar-Royal Schools u tal-London College of Music. Fl-1989 daħal membru fil-banda tal-Forzi Armati ta' Malta fejn beda jdoqq il-baxx. Huwa kompla l-istudju fil-prattika għand is-surmast Paul Borg tal-Ħamrun. Mario Testa huwa wieħed mill-aqwa baxxisti ta' pajjiżna. Kompla l-istudju tiegħu fl-armonija u l-kontra punt għand is-surmast Ray Sciberras. Fl-20 ta' Jannar tas-sena 2000 huwa ġie onorat bid-diploma fil-baxx mill-Universita tal-Euro University for Higher Education ta' Niue, mill-Kanċillier ta' l-Akkademja F.C. Parsons. Fis-26 ta' Lulju tas-sena 2003 huwa reġa ġie Onorat b'Diploma oħra, il-Fellow fil-mużika mill-istess Universita ta' Niue. Fil-preżent huwa jifforma parti mill-Corp of Drums tal-Forżi Armati ta' Malta.
Mro.Mario Testa ġie mistieden idoqq ma' l-Orkestra ta' Firenze, ma' l-Orkesrta ta' Ateni u ma' l-Orkestra tal-provinċja ta' Milan. Ħa sehem ukoll f'diversi opri li jiġu mtellgħin f'Għawdex, għamel ħames snin part-timer mal-Orkestra Nazzjonali bħala baxx solista, daqq taħt diversi diretturi kemm Maltin u barranin fosthom mal-Professur Michael Laus, Professur Joseph Vella, Dr Dion Buhagiar u oħrajn. Ħa sehem fl-orotorju Paulus ta' Mendilson ma' direttur Germaniz fil-Konkatidral ta' San Gwann. Ġie mistieden jidderieġi l-banda taż-żgħażagħ minn fost hafna diretturi li applikaw sabiex jidderiegu meta ġie l-mużiċista mondjali Bob Child ġewwa il-Corinthia Hotel Ħ'Attard. Fis-sena 2000 u fl-2002 huwa mar Bremen il-Germanja flimkien mall-banda tal-Forzi Armati ta' Malta għall-Festival tal-Baned Militari. Fl-2003 żar Modena fl-Italja jirraprezenta lil Malta f'Military Tattoo ieħor, fl-2007 flimkien mall-Banda tal-Forzi Armati Ta' Malta attenda festival ġewwa Brussels fil-Belgjum u f'Mejju wkoll attendew Military Tattoo ieħor ġewwa St. Petersburg ir-Russja fejn ħa esperjenza ma' ħafna mużiċisti u diretturi militari madwar id-dinja. F'Lulju ta' l-2008 żar ukoll Ċetona u Montepulciano f'Toscana fejn daqq ma ħames perkussjonisti fosthom professur, żewġ għalliema f'konservatorju u żewġ studenti.
Ta' kull sena nisimgħu kompożizzjonijiet ta’ Mario Testa bħal marċi funebri, marċi brijużi, innijiet ta' baned u anke mużika serja jew klassika fost ħafna arranġamenti li jiġi mitlub jagħmel lill xi kantanti kemm pop kif ukoll klassiċi. Qed ikollui suċċess anke fid-direzzjoni għall-mod klassiku kif jidderieġi l-programmi mużikali.
Is-surmast Mario Testa kellu bosta responsabbiltajiet ma' diversi baned Maltin. Beda bħala assistent surmast mal-baned tal-Karmnu l-Fgura; Unjoni ta' Ħal-Luqa; Kristu Re Raħal Ġdid; San Ġorġ Martri Ħal-Qormi fejn ukoll waqqaf personalment is-Saint George's Festival Brass Band. Dam jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur mill-2002 sa ma rriżenja f'Novembru tal-2007; Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq fejn għadu jokkupa din il-kariga sal-lum. Minn Settembru 2011 sar direttur Mużikali ta’ Santa Marija tal-Qrendi
Kien surmast fundatur mal-Banda Kristu Sultan ta' Raħal Ġdid ukoll. Illum huwa surmast direttur mal-baned Santa Marija Ħ'Attard u Marija Reġina tal-Marsa. Fil-prezent is-Surmast Mario Testa huwa għalliem ta' ħafna bandisti, li jressaq ukoll għall-eżamijiet tal-London School of Music u Royal Schools, tant li qiegħed jigi rikonoxxut ma' dawn l-iskejjel għaliex l-istess studenti tiegħu qiegħdin jiksbu rizultati tajbin ħafna fosthom anke distinction li hija waħda mill-għola marki f'dawn l-eżamijiet.
|
|
|
|
Is-Surmast Kompożitur Joseph TonnaA. (Mus.) L.C.M. (Lond.)
Mro. Tonna twieled l-Imqabba fl-1929 fis-16 ta' Frar u huwa beda jistudja l-mużika fl-eta ta' 16-il sena fil-każin tal-Banda Lily taħt Mro. Jos. Darmanin A. Mus. L.C.M. li għallmu jdoqq diversi strumenti. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna bħala mużikant li jdoqq il-Bass in E flat. Huwa akkwista ċertifikati minn diversi kulleġġi, ħa lezzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-mużika u wieħed mis-suċċessi tiegħu kien meta fl-1962 ġie t-tielet fil-kompetizzjoni nternazzjonali li saret f'Londra għall-mużika ta' l-accordion. Barra minn dan Mro. Tonna għandu ħafna kompożizzjonijiet shieħ, bħalma huma mażurki, beguines, waltzes, polkas, funeral marches, sambas, Hymn for the Stage, Vexxilla għall-orgni, songs u ħafna marċi militari, Fuga in La bemolle, Fuga in Sol għal pjanu, Round for voices Soprano, Contralto and Tenor, Overture in F minor (Il Mondo) Serenads for Orchestra, Passo Dabled Maria, Silvana, Morning Star, Missa Grande a Tre Voci, Tenore A, Tenore B e Basso con Organo ecc. Mro. Tonna gie elett Associate Member of the Performing Right Society fil-11 ta' Lulju 1963 wara ħa ftit lezzjonijiet għand Mro. Abela A. Mus. L.C.M., L.R.S.M.
Barra milli kkwalifika fil-London College of Music, Mro. Tonna kkwalifika wkoll fi tliet kolleġġi oħra li huma I-British College of Accordionists, ir-Royal School of Music u fit-Trinity College of Music u minn dawn il-kulleġġi ħa ċ-ċertifikati finali with distinction. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna għan-numru kbir ta' mużiċisti li ħarġu tajbin bil-ħila tiegħu.
Mro. Tonna studja taħt Geofrey Sayers B. Mus. (Dunelm), F.R.C.O. A.R.C.M., Hon. F.L.C.M. bil-korrispondenza, ħa lezzjonijiet mingħand il-magħruf Surmast Clo. Pace F.L.C.M., L.R.S.M., O.S.J. u wara kkwalifika għall-A. Mus. L.C.M.
Is-Surmast Joseph Tonna huwa ex -Surmast Direttur tal-Banda Lily li ġiet fdata f'idejh minn Marzu ta' 1-1980 sa 1-1988. Mro. Tonna huwa wkoll ex-Surmast, għalliem u Direttur tal-Banda Santa Marija tal-Qrendi, mill-1979 sa 1-1983. Is-Surmast Tonna, u s-Surmast Joseph Muscat kienu jiftehmu ħafna u l-akkademja mużikali mxiet 'il quddiem ħafna. Għandna l-pjaċir f'Awissu 2005 li s-Surmast J. Tonna reġa' ġie biex ikompli fejn kien ħalla. Minn dak iż-żmien sal-lum il-kompożitur u surmast kiteb numru kbir ta' kompożizzjonijiet oħra. Is-Surmast J. Tonna u s-Surmast Victor Vella qed jaħdmu flimkien biex il-banda tkompli miexja '1 quddiem.
F' Jannar 2006 waqt is-Seduta Generali li saret fis-Sala Ġawhra b’akklamazzjoni kbira, Mro.Joseph Tonna ġie maħtur Surmast Onorarju fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ċentrali. Mro. Joseph Tonna jagħti l-għajnuna professjonali tiegħu lis-Surmast Direttur Mro. Victor Vella.waqt it-tagħlim ta' l-alljevi u jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat ta' l-Akkademja tal-Banda.
|
|
|
SURMAST ONORARJU
Is-Surmast Paul Schembri twieled Ħal Luqa fit-13 ta’ Frar 1931. Sa minn ċkunitu kien jattendi fil-Każin Sant’Andrija flimkien ma zijuh. Huwa rnexxilu joħrog idoqq għall-ewwel darba ta’ tnax il-sena. Wara ftit taż-żmien laħaq is-solista tal-Banda Sant’ Andrija u wara mall-Banda Cittadina King’s Own tal-Belt Valletta. Wara laħaq Assistent surmast ma din l-istess Banda. Huwa baqa’ jistudja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antonio Muscat Azzopardi u wara kompla għand il-Professur Henry Galea.
L-ewwel kompożizzjonijiet tiegħu jġibu d-data tas-sena 1961 fejn ma’ tul iż-żmien kiteb aktar minn mitejn marċ. Huwa kkompona diversi kompożizzjonijiet oħrajn li jikkonsistu f’mużika klassika, sinfonika, overtures, fantasia, rapsodia, suite, classic dance, sonatina, sinfonjetta, valzi, mużika tradizzjonali, sagra, moderna, marċi funebri, innijiet kif ukoll mużika da ballo.
|
|
|
Laura Cioffi Dip.ABRSM
Għalliema ta’ l-istrumenti tan-nifs fl-Akkademja tal-Muzika Santa Marija
Laura ġiet introdotta mal-flawt fl-età tenera ta’ sitt snin. Kien nannuha Charlie Cioffi li iregalalha flawt li kien tal-familja u li ħadd ma kien jużah. Zijuha Peter Schembri, li hu bandist u jinteressa ruħu fil-alljevi tas-soċjetŕ bdilha din in-namra ma’ l-istrument fuq insistenza ta’martu Gina Schembri, Presidenta tal-Għaqda nisa tal-każin.
Ta seba’ snin bdiet l-istudju formali tal-mużika fl-iskola Johann Strauss fil-Belt Valletta taħt it-tmexxija ta’ Silvio Zammit FLCM LLCM (TD). Mro S. Zammit mill-ewwel induna bit-talent ta’ Laura u beda jmexxiha għall-eżamijiet tal-ABRSM. Fl-2002 fl-eta ta’ tmien snin Laura iddebuttat għall-ewwel darba mal-banda Santa Marija. Laura baqgħet miexja fit-tagħlim tal-mużika u fl-eżamijiet u fl-2008 kisbet id-diploma tal-Associate Board of the Royal School of Music. Maż-żmien hija saret bandista regolari u stabilita mas-Socjetŕ.
F’dawn l-aħħar snin, Laura ħadet sehem f’diversi programmi u kunċerti ma’ baned lokali. Dawn jinkludu; Serati Musiko-Letterarji, Programmi Speċjali, Programmi ta’ Anniversarji u Programmi ad unir Santa Ċeċilja fit-teatru Manoel, il-Blet Valletta.
Laura attendiet għal masterclasses fid-daqq tal-flawt kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Hija attendiet masterclass ta’ għaxart ijiem fl-Accademia Internazionale di Musica ta’ Cagliari. Hemmhekk hija kienet taħt id-direzzjoni professjonali ta’ Jean Ferrandis li hu Professur fil-konservatorju École Normale de Musique ta’ Pariġi. Laura kienet l-unika Maltija li ħadet sehem f’din l-Accademia u ħalliet impressjoni tajba ħafna.
Attendiet ukoll għal Festival tal-flawt, ta’ ħmistax-il ġurnata li sar fi Stratford-Upon-Avon Ingilterra. Laura kellha lezzjonijiet fuq it-teknika tad-daqq tal-flawt mad-direttriċi Elena Duran.
Fl-2006 pparteċipat fil-MozartFest li sar fil-Kavallier ta’ San Ġakbu f’Malta. Laura kellha opportunità li ddoqq mal-Professoressa Ġermaniża Irmela Bossler. Kellha ukoll opportunitŕ li ddoqq quddiem il-Professur Taljan Andrea Griminelli, meta kien Malta għal ftit jiem.
F’Ottubru 2007 Laura fetħet is-sensiela tal-Kuncerti ta’ Nofs in-Nhar li jsiru mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, b’Kunċert bl-isem “Music through the Ages”. F’dan il-Kunċert hija daqqet biċċiet ta’ mużika ta’ Handel, Chopin u Debussy. Laura daqqet diversi drabi fil-Kunċerti tal-Malta Cultural Institute, fosthom fil-Hotel Phoenicia u Casino Maltese. Dan l-aħħar daqqet xogħlijiet premier tal-Mro Frank Vassallo f’kunċert kommemorattiv tiegħu f’Le Meridien Hotel.
Laura hija l-Principle flutist tal-University Junior College Orchestra li hija mmexxija min Mro. Manuel Pirotta. Ta Ħmistax-il sena hija ssejħet minn Mro. Laus tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta biex iddoqq ma’ l-Orkestra Nazzjonali fl-Opera Aida li saret ġewwa t-teatru Aurora, Għawdex. Dan kienet l-ewwel debut ta’ Laura ma’ l-Orkestra. Wara reġgħet issejħet darbtejn oħra fejn daqqet fil-Kunċert ta’ l-Ewwel tas-Sena taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u fil- Beethoven Grand Concert, it-tnejn saru fil-Ċentru tal-Konferenzi fil-Belt.
Laura għamlet audition għall-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) u ngħażlet biex tattendi fl-iskola tas-sajf tagħhom bi preparazzjoni tal-Kunċerti li jagħtu madwar l-Ewropa. Laura daqqet fl-ewwel Kunċert li l-Orkestra tat fit-Teatru ta’ Graffenegg ġewwa Vjenna, taħt il-bakketta ta’ Mro. Andrew Litton. Il-kunċert kien ta’ klassi u ndaqqu bosta bċejjeċ prestiġjużi fosthom is-suite ‘The Planets’ ta’ Holst.
|
|
|