coverradju2017


Merħba     Sezzjonijiet     Facebook




livestreaming
Agħfas il-logo biex tisma' Radju 15 ta' Awwissu

Radju 15 t'Awwissu huwa l-istazzjon komunitarju tas-Soċjeta' Mużikali Santa Marija tal-Qrendi. Kienet is-sena 2002 meta dan l-istazzjon xandar għall-ewwel darba fuq il-frekwenza 98.3FM mit-30 ta' Lulju sal-15 t'Awwissu. Sena wara l-oħra l-istazzjon baqa' jxandar matul il-jiem tal-festa, bis-semmiegħa dejjem jiżdiedu. Fis-sena 2008, meta s-Soċjeta' kienet qiegħda tiċċelebra ċ-ċentinarju mit-twaqqif tagħha, d-diriġenti ta' dan l-istazzjon iddeċidew li għal dik is-sena r-radju jxandar ukoll matul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. U mill-2008 Radju 15 t'Awwissu beda jxandar żewġ skedi fis-sena, l-iskeda tal-festa titulari u l-iskeda tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Fis-sena 2017, Radju 15 ta' Awwissu se jagħlaq 15-IL SENA minn meta beda jxandar fuq 98.3FM.

Radju 15 ta' Awwissu jerġa' jkun mas-semmiegħa bi skeda oħra mit-30 ta' Lulju sat-22 t'Awwissu 2017

KUMITAT RADJU 15 TA' AWWISSU 2017

 

Ċerpersin

Emilio Farrugia

 

Segretarja

Nancy Vella

Station Manager

Joseph Bajada

Technical Manager

Mario Zerafa

 

P.R.O.

Abigail Sciberras

 

 

Programs Manager

Chris Falzon

Grace Bonnici

Ġbir ta’ Riklami

Maryrose Magro