Last update August 2008

 

BuiltWithNOF

Published Articles

Qrendi Gawhra...

Il-Qrendi Gawhra ta' Wirt Nazzjonali

Rahal li mexa dejjem 'il quddiem minn zmien Preistoriku u Neolitiku sa llum

Il-Gimgha 16 ta' Novembru 2001

 Bosta huma l-fehmiet ta' l-awturi dwar kif tnissel l-isem tal-Qrendi. Fost l-ohrajn hemm dawk li jsostnu li din hi tahsira tal-kelma Taljana Grandi li tfisser kbar minhabba li xi ghonja kienu joqoghdu f'dawn l-inhawi  u bnew tliet torrijiet ottangulari ghal kontra t-Torok.
  Awturi ohra jghidu li dawn l-inhawi ssemmew Grandi ghal Hagar Kbir. Wara kollox il-Fenici semmew lil dawn l-inhawi, li fihom ghammru, Rahal-Kibir u ghaldaqstant, it-Taljani setghu qalbu l-isem Fenicju ghat-Taljan Grande.
  Jekk xejn, il-motto tal-Qrendi hu Tyrium Dirutas Servo Moles, inhares il-bini tal-Fenici. Rabta mal-Fenici zgur li hemm.
  Fehma  ohra dwar l-isem ta' dan ir-rahal hi dik tal-Professur Stefano Zerafa li jfakkar li l-Qrendi kien jissejjah San Mattew tal-Maqluba minhabba  l-knisja zghira dedikata lil dan il-qaddis u li f'jum il-festa, il-21  ta' Settembru, il-Maltin u xi barranin kienu jmorru bi hgarhom ghaliha.
Torbot mal-fehma ta Zerafa hi dik ta l-istoriku Castagna li jsostni li kien hemm min jghid li l-isem tal-Qrendi seta' beda wara li r-rahal ta' San Mattew nizel u nbela mill-art u-nies, aktarx bdew jghidu Inqered. U ghalhekk jista' jkun li minn inqered tnisslet il-kelma qered u wara Qrendi.
Ir-rahal pittoresk u storiku tal-Qrendi hu xhieda hajja ta' l-ewwel nies li ghexu fuq gziritna, kif ukoll aktar tard, kemm l-Ordni Gerosolmitan ta' San Gwann kien jaghtih importanza b'ghadd ta' palazzi u torrijiet u djar li bena fih.
  Minbarra t-tempji Neolitici ta' Hagar Qim, it-tempji preistotrici ta' l-Imnajdra, oqbra punici u punici Rumani. Il-Qrendi hu maghruf ukoll ghal bini storiku bhalma hu t-Torri Kavallier, il-Palazz  tal-Guarena, u ghadd gmielu ta' palazzi u bini antik iehor li jaghmel minn dan ir-rahal gawhra ta' wirt nazzjonali.
   Aktar minhekk, fi zmenijiet imbieghda, dan ir-rahal kien ic-centru religjuz  tal-gzira fejn kienu jingabru dawk kollha li xtaqu jaqilghu xi haga minghand l-allat. Ir-rahal jaf il-bidu tieghu lil Fenici li kienu jsejhulu Rahal Kibir u ta' nies hawtiela li kienu ghamlu minn dan il-post centru ta' kummerc u ta' qima. Sadattant, qabel il-Fenici, fl-istess inhawi setghu ghexu nies ta'. Zmien il-Hagar. Xhieda ta dan huma t-tempji ta' l-Imnajdra u ta' Hagar Qim kif ukoll id-Dolmen f'Misrah is-Sinjura.
  Dwar il-hofra ovali kbira, maghrufa bhala Tal-Maqluba, missirijietna ighidu li fil-post kienu jghixu nies hziena hafna u b'kastig sar terremot fl-24 ta' Novembru 1342, lejlet Santa Katarina, li faqa' l-art u nizzilha sa 130 pied. Kullhadd intemm minbarra mara twajba li kienet tkun titlob fil-knisjn ta' San Mattew. Illum fil-qiegh hemm gnien mill-isbah, filwaqt li l-blat hu lewn skurt u ahrax.
  Ghall-ewwel  il-Qrendi, u xi rhula ohra zghar kienu taht il-jurisdizzjoni taz-Zurrieq  izda n-nies tal-Qrendi talbu lill-Isqof Cagliares biex jifridhom miz-Zurrieq.  Fis-16 ta' Frar 1618, b'popolazzjoni ta' 1,024 u b'202 djar, Cagliares  qatghalhom xewqithom u that il-gurisdizzjoni taghhom waqghu HaI-Lew u Hal-Manin.
  Bosta  huma l-kappelli ta' daqs gmielu li jorqmu dan ir-rahal antik. Minbarra  l-knisja parrokkjali ta' Santa Marija. hemm ukoll dawk tal-Madonna tal-Hniena, San Mattew. San Nikola. is-Salvatur, Santa Katarina, Sant' Anna u taI-Grazzja.
  Illum  il-Qrendi bhal irhula ohra, ghandu l-ghaqdiet civili kif ukoll religjuzi  tieghu. Mit-twaqqif ta' ghaqda socjali fil-Qrendi fl-1895 harget is-Socjeta  Filarmonika Lourdes, filwaqt li sa llum ghada tiehu hsieb il-festi ta' barra f'gieh il-Madonna taht it-titlu ta' Lourdes. filwaqt li fl-1908  kienet imwaqqfa s-Socjeta' Muzikali Santa Marija li hi wkoll tiehu hsieb il-festi ta' barra ghal Santa Marija.
  Fost l-ghaqdiet religjuzi hemm dik tal-Museum li bniet id-dar taghha wara sagrificcji kbar u li nfethet ufficjalment fl-1 ta' Novembru 1964. Is-Sorijiet Frangiskani ta Malta wkoll fethu skola ghat-tfal u kunvent fis-17 ta' Jannar 1918 fuq talba tan-Nobbli Orsla Depiro.
  Dan  kollu juri li l-Qrendi, ghalkemm rahal li jaf gheruqu fi zmenijiet bikrin, zamm dejjem il-mixja maz-zmenijiet biex illum hu wiehed mill-attrazzjonijiet  turistici ghax moghni bi storja u kultura li dawk ta' qabilna gharfu jghadduha shiha sa llum.

Referenza: Bliet u Rhula Maltin - Alfie Guillaumier, Edizzjoni Riveduta minn Valletta Publishing Limited.