|
|
 |
 |
|
Kazin Gdid ghas-Socjeta Muzikali 'Santa Marija' fil-Qrendi Mario Fenech IN-NAZZJON - It-Tlieta, 19 ta' Novembru, 1996
|
|
|
 |
 |
|
NHAR il-Hadd 10 ta' Novembru r-rahal tal-Qrendi libes il-libsa tal-festa waqt marc li sar mill-Banda Santa Marija biex jigi inawgurat progett gdid mis-Socjeta' Muzika1i Santa Marija. Dan i1-progett hu 1-bini ta' kazin gdid f'post prominenti fil-pjazza ta' quddiem il-knisja. Is-socjeta Muzikali Santa Marija kellha diversi kazini f'postijiet differenti fir-rahal, izda minn dejjem kienu postijiet zghar li ma jakkomodax bizzejjed. il-bzonnijiet tas-Socjeta. Matul is-snin tmenin kien gie mibni kumpless kbir li fih qed jigi merfugh 1-armar kollu tal-festa, u sala kbira biex fiha jsiru l-attivitajiet li jigu organizzati ghall-membri minn zmien ghall-iehor. Dan il-progett zamm il-progett tal-bini ta' kazin gdid xi ftit lura, izda wara li tlestiet ukoll il-kamra tan-nar, il-hsieb rega' dar fuq il-kazin i1-gdid u ghalhekk twaqqfet kummissjoni maghmula mill-ufficja1i ta1-kumitat biex dawn ifittxu post iehor fejn ikun jista' jinbena 1-kazin 1-gdid. Wara diversi xhur ta' negozjati, giet imsejha seduta generali ghall membri u 1-partitarji tas-Socjeta biex jigi spjegat lilhom i1-hsieb li tinxtara bicca art fi1-pjazza ta' quddiem il-knisja, haga li l-membri appruvaw miI1-ewwel u bdew jaghtu l-kontribuzzjonijiet taghhom. Il-proprjeta ma damitx wisq biex ghaddiet f'idejn is-Socjeta u nhar il-Hadd 10 ta' Novembru fil-ghodu saret ic-cerimonja simbolika izda sinfikanti ghall-ahhar fejn thabbar ufficjalment il-bidu ta' dan il-progett.
|
|
 |
 |
|
Wara li sar il-marc mill-Banda Santa Marija, in-nies prezenti, gew indirizzati mil-President tas-Socjeta s-Sur Martin Formosa li semma 1-postijiet differenti li kellha s-Socjeta matul iz-zmien li ilha mwaqqfa. Semma wkoll il-problemi li ltaqghu.maghhom hu u l-ufficjali l-ohrajn biex waslu ghall-konkluzjoni tax-xiri ta' din l-art, u appella ghall-ghaqda fost il-membri u l-partitarji waqt li jkun ghadu ghaddej dan il-progett. Imbaghad giet imtella' l-bandiera fuq il-post il-gdid, akkumpanjata mid-daqq ta' l-innu tas-Socjeta u kaxxa nfernali. F'kumment li tani l-president Martin Formosa, qal li 1-kazin li kellha sa issa s-Socjeta kien zghir wisq, izda 1-qalb tal-membri hi wahda kbira u issa din il-qalb qed turi x'taf taghmel, qalli wkoll li jispera li s-Socjeta' tibda l-millenju l-gdid fil-kazin il-gdid.
|
 |
 |
|
Kumment iehor hadtu minghand iI-kaxxier tas-Socjeta s-Sur Felic Zerafa li qal li l-membri qed jaghtu hafna donazzjonijiet ta' flus, u s-somma li ngabret sa issa hi wahda rekord li turi kemm ghandhom ghal qalbhom is-Socjeta u l-festa ta' Santa Marija, li kif qal hu stess m'hux se tigi mnaqqsa minn nar u mill-baned sakemm jitlesta dan il-bini tal-kazin il-gdid.
Min-naha tieghu s-Segretarju s-Sur Nikol Abdilla qalilna li ghalkemm is-Socjeta' dahlet ghal dan ix-xoghol hekk kbir, xorta wahda se jibqa' jishaq biex il-festa tkompli miexja bl-istess ritmu li kienet ghaddejja bih s'issa u appella biex aktar tfal u zaghzagh jersqu lejn it-taghlim tal-muzika. Hu qal li hu mportanti li
|
|
|
 |
l-Banda tar-Rahal tibqa' dik li hi tradizzjonalment, jigifieri, c-centru ta' ghaqda bejn ghadd kbir ta' nies, biex b'hekk inkunu zguri, li ghall-futur il-kultura taghna tibqa' hajja. Wara li ntemmet ic-cerimonja ta' l-inawgurazzjoni ta' dan il-progett sar riceviment fis-sala Gawhra ghal dawk prezenti. Kienet okkazjoni sabiha fejn il-membri tas-Socjeta' u l-partitarji tal-festa ta' Santa Marija raw il-bidu ta' progett kbir li ghalkemm se jsiru ghadd ta' sagrificcji ghalih, se jkun ezempju haj tad-deterrninazzjoni taghhom
|
|