|
L-Istorja tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi Ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Marija, Il-Qrendi
Fl-assemblea ġenerali tal-24 ta’ Frar 1951, li kienet saret fit-8 ta’ filgħaxija, il-President Francis Bugeja kien issuġġerixxa li jiġu nominati dawk iż-żgħażagħ li kienu jattendu u li riedu jkunu preżenti għal-laqgħat tal-kumitat biex jitħarrġu sabiex ikunu l-mexxejja tal-futur. Dawn iż-żgħażagħ kienu; Michael Axiaq, Peter Schembri, John Magro u Carmel Bezzina. Din kienet l-ewwel darba li grupp ta’ żgħażagħ kienu ġew mistiedna biex jgħinu fis-Soċjeta’. Fil-fatt, waqt il-laqgħa tal-kumitat fl-1 ta’ Marzu 1951, Michael Axiaq kien proponut biex jiġi mħarreġ bħala Teżorier, John Magro kien proponut biex jiġi mħarreġ bħala Segretarju u Carmel Bezzina kien proponut biex jiġi mħarreġ bħala rappreżentant tal-banda.
Riċentament kien miktub, li fil-bidu tal-1993, il-Kumitat Ċentrali ta’ dak iż-żmien ħass il-ħtieġa li tiġi organizzata s-Sezzjoni Żgħażagħ u din kienet ġie iffurmata permezz ta’: John Spiteri li kien id-delegat tal-Kumitat Ċentrali, Colin Psaila, Mario Zerafa, Rosmar Farrugia, Martin Callus u Donio Darmanin. Ta’ min jgħid ukoll li din is-Sezzjoni Żgħażagħ kienet l-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ iffurmata fil-Qrendi.
L-entużjażmu li laqgħat lil dawn iż-żgħażagħ kien tant kbir li dawn għenu fir-restawr ta’ pedestalli, żebħu l-arbli, u għamlu liedna ġdida għat-toroq tar-raħal. Organizzaw il-ġbir tal-borża kull nhar ta’ Ħadd, lotteriji fil-festi tal-Għid u tal-Milied u anki maratoni tal-billiard.
F’Ġunju 1993 is-Sezzjoni Żgħażagħ kienet tikkonsisti minn għoxrin membru. Dan kien il-bidu tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ f’din is-Soċjeta’ u saħansitra anki fir-raħal tal-Qrendi.
Matul is-snin, diversi membri ssieħbu mas-Sezzjoni Żgħażagħ li dawn jammontaw għal erbgha u tmenin (84) membru. Kull kumitat ħadem biex iġib aktar ‘il quddiem il-festa tal-Assunta li dejjem kienet il-punt prinċipali tal-ħidma ta’ dawn iż-żgħażagħ.
Illum il-ġurnata il-ġbir tal-borża għadu jsir kull nhar ta’ Ħadd filgħodu u anki lotteriji oħra matul is-sena. Fiż-żmien tal-karnival, jiġi organizzat party għat-tfal bil-parteċipazzjoni taż-żewġ karattri ta’ Kalminu u Bwirinu. Dawn il-karattir nħolqu waqt l-iskeda tal-Milied 2008 fuq Radju 15 ta’ Awwissu u li huma tant popolari mas-semmiegħa kollha tagħna. Il-parties tal-Karnival isiru fis-sala ta’ Palazz Marija Assunta, u s-Sezzjoni Żgħażagħ tieħu ħsieb li torganizza logħob differenti għat-tfal u anki għall-ġenituri tat-tfal li jattendu. Ta’ min iżid li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ ikunu ta’ kuljum fil-maħżen ta’ l-armar jagħmlu restawr fuq l-armar u anki xogħol ieħor importanti għas-Soċjeta’. Nistgħu nikkonkludu billi ngħidu wkoll li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ huma wkoll ‘disk jockeys’ fuq r-radju tas-Soċjeta’ tagħna Radju 15 ta’ Awwissu.
Youth Section History of St. Mary’s Musical Society, Qrendi
At the general assembly of the 24th February 1951, which was held at 8.00p.m, then President Francis Bugeja suggested that “those youths who attended and wanted to be present at the Committee Meetings” should be trained as leaders for the future. These youths were Michael Axiaq, Peter Schembri, John Magro and Carmel Bezzina. This was the first time that a group of youths were called to help in the Society. As a matter of fact during the meeting of 1st March 1951 Michael Axiaq was proposed to assist the Treasurer, John Magro was going to assit the Secretary and Carmel Bezzina was called to assist the Band representatives.
During the early months of 1993, the Central Committee deemed fit to organize the youths who were active in the Society, so the Youth Section was instituted, which consisted of John Spiteri as delegate of the Central Committee, Colin Psaila, Mario Zerafa, Rosmar Farrugia, Martin Callus and Donio Darmanin. It can be added that this Youth Section was the first Youth Section in Qrendi.
The enthusiasm of these youths, led to painting and restoring feast decorations like pedestals, masts, and even made new ivy for Parish Street. They organized the Sunday collection of funds, lotteries and billiard leagues.
By June 0f 1993 this section consisted of twenty members. This was the beginning of the first Youth Section in our Society and in Qrendi.
Along the years many persons have formed part of the this Youth Section and these amount to eighty four (84) members. Each and every committee during their tenure worked to organise as best as they could the feast of the Assumption of Our Lady.
Nowadays, the Sunday collection and other lotteries are still being organised. During Carnival days a party is organised for children with the participation of Kalminu and Bwirinu, (two elves which were created back during the radio schedule of Christmas 2008 on Radio 15 ta’ Awwissu) who are so popular with Qrendi children. The parties are always held in the hall of Palazz Marija Assunta, and the Youth Section organises several games for children and their parents alike. Apart from this, several youths attend daily at the workshop of this Society in order to restore decorations and paint masts. Last but not least they are presenters and disk jockeys on Radio 15 ta’ Awwissu.
|