Last update August 2008

 

BuiltWithNOF

Published Articles

Hooligan

IN-NAZZJON - Doris Azzoppardi

 Il-Hooligan B'Qalb Tad-Deheb

 Kont ilni ftit nisma' d-diski tal-Hooligan fuq ir-radju u fl-istereos tal-karrozzi qabel ma rnexxieli niskopri l-Hooligan min hu. Rajtu l-ewwel darba fuq il-programm RED u laqatni l-karattru pozittiv tieghu. Ghal bosta adolexxenti u zaghzagh il-Hooligan hu faqa', cool, sexy ecc. Li hu gustuz' hadd ma jista' jichdu izda wara dik id-dehra ta' persuna kif jghidu I-Inglizi happy go lucky hemm hafna u hafna, aktar. Fil-fatt l-isem li ghazel - Hooligan xejn ma jirrifletti dak li hu tassew.
  Kelli l-opportunita' li niltaqa' mieghu u mill-ewwel intbaht li hu guvni pjuttost misthi u riservat meta ma jkunx bil-mikrofonu quddiemu fuq stage. Wara ftit li konna ilna nitkellmu skoprejt ukoll li ma tantx ihobb jitkellem fuqu nnifsu b'hekk certi mistoqsijiet wegbithom il-Manager tieghu Joanne aktar milli hu. Izda dan kollu jaghmel lil Hooligan dak li, personagg li dahal f'qalb hafna. Personagg li jirnexxilu jintroduci f'pajjizna stil differenti ta' muzika, il-hip hop, li nizlet ghasel kemm maz-zghar kif ukoll mal-kbar.

Min Hu L-Hooligan
  Ghandu 23 sena u trabba l-Qrendi fejn ghamel hemm sa ma kellu 19-il sena u wara telaq jghix ghal rasu iz-Zurrieq. Ghazel l-isem, Hooligan zmien ilu bhala call sign fuq is-CB Radio. Billi kien zmien il-World Cup il-hooligans kienu jissemmew ta' spiss u ghazilt din il-kelma. Il-muzika kienet dejjem fih u kien fan kbir ta' Jovanotti. Fl-1993 xtara
l-ewwel album ta' SnoopDos fuq kassett ghax kien ghad ma kellux CD player. Baqa' dejjem ihobb ir-rap. Fl-1997 beda jikteb l-ewwel vrus tieghu bl-Ingliz. Lirika hierga mill-qalb dwar stejjer li, tghaddi minnhom fil-hajja. Wara thajjar jikteb bil-Malti li sabha aktar difficli ghaliex ghalih aktar facli jikteb bit-Taljan jew bl-Ingliz.
  Il-Hooligan iltaqa' ma' Joanne fl-istudios ta' Smash Television. Intebah li hi kapaci torganizza u kienet proprju dak li kellu bzonn. Kif spicca mil-laqgha li kellu, hu beda jirreppja u gibed l-attenzjoni ta' Joanne. Joanne tghid li meta rat l-entuzjazmu u l-abbilta tieghu hi bdiet thajru jaghmel xi haga. Il-Hooligan ghandu t-talent tal-kant u Joanne tmexxi 1-kumplament. Joanne emmnet fil- potenzjal tal-Hooligan u baqghet dejjem warajh.
  Sar kuntatt ma' Andrew Zammit tat-Tones Studio li kiteb il-muzika u beda x-xoghol fuq l-ewwel single bl-isem ta' Maltama. Wara hareg is-CD Album Originali Bhali.

 Joanne dwar Il-Hooligan
  Mort nisimghu ikanta u ntbaht kemm ghandu temi differenti. Qatt ma kont smajt xejn simili qabel. Intbaht li l-lirika gejja minghand persuna  sensittiva li jikteb mill-qalb. Fil-fatt hu persuna fil-veru sens tal-kelma qalbu deheb. Qalbu kbira. Hu guvni sensittiv u ma jzomm xejn f'qalbu. Jien inhobb nghid li hu nave, ma jafx hazen, minkejja li din il-kelma hu ma jhobbhiex.
  Ikanta siltiet minn hajtu bhal 'l Ommi u silta ohra li kitibha b'tifkira ta' tnejn minn shabu li mietu b'Overdose. Ta' min jghid li l-Hooligan  ghandu relazzjoni sabiha hafna mal-genituri tieghu li jitkellem tajjeb  hafna dwarhom.
  Il-Hooligan juza l-muzika biex ikanta dak li jemmen fih kif ukoll biex ikollu l-possibilita' li jwassal messagg.

Is-Sigriet Tas-Success
  Il-genwinita' tal-Hooligan hi proprju s-sigriet tas-success tieghu Jekk wara xi show imorru n-nies ghall-firma hu joqghod attent li jiffirma lil kulhadd. "Jekk inhalli lil xi hadd barra nhossni guilty ghax nisthajjel li jghid intant lili ma ffirmalix," qalli bi tbissima l-Hooligan li kompla jghid li hu sar popolari bis-sahha tal-fans tieghu u l-Fans trid tibza' ghalihom. Intant, ftit taz-zmien ilu, il-Hooligan illoncja t-tieni single bl-isem ta' Holly Days. Kien rekordjat ghand Andrew Zammit fit-Tones Studios.
  Insomma, il-Hooligan ghax proprju ma jdurlix li nsejjahlu Johnston, hu guvni all right bil-ghaqal kif inhobbu nghidu bil-Malti. Il-Bleach isfar ta' xagharu, it-tpingija u l-imsielet huma biss parti mid-dehra u kif inhobb dejjem nghid li dak li hemm  fil-qalb johrog fil-hajja u f'qalbu. Il-Hooligan ghandu hafna posittiv li jirnexxilu jaqsam ma' haddiehor permezz tar-rap.

  Grazzi lil dawk  kollha li ghamluli kuragg
  M'hux bil-mobile imma b'diska nwasslilhom dal-messagg
  Din il-bicca hi ghalikom ghax minghajrkom ma jien xejn
  Imma jekk naqbad infahharkom din id-diska ddum saghtejn

Silta minn Originali Bhali li xtaqt  naghlaq l-intervista biha ghax inhoss li l-umilta' u s-semplicita'  tal-Hooligan huma strumentali biex jaghmluh dak li hu u jpogguh f'Qalb  hafna.

KULLHADD - Veronique Dalli
HOOLIGAN DIFFERENTI

 Daqs tliet xhur ilu smajt ghall-ewwel darba kanzunetta rap bil-Malti  fuq stazzjon tar-radju. Kienet kanzunetta li tatni l-impressjoni ta'  bniedem li jrid jaghmel hoss, b'enfasi kbira fuq min hu, u minn fejn hu gej - "Hooligan, u gej mis-south". Jiem wara, waqt li kont imsakkra god-dar ghal xahrejn shah nistudja, kif jaghmlu 1-kumplament ta' l-istudenti li jittormentaw ruhhom bl-ezamijiet, bdejt nisma' aktar kanzunetti ta' dan Hooligan. "Hip Hop bil-Malti" hekk kienu qed jintroducu. l-generu tal-muzika ta' Hooligan id-djs fuq l-istazzjonijiet tar-radju. Nemmen li xi djs li ghandna fuq 1-istazzjonijiet tar-radju, ikun ahjar li ma jlissnu xejn, minflok jaghmlu elogji superficjali bi zbalji atroci fil-grammatika Maltija u fl-istruttura ta' sentenzi mfarrka.
  Lura ghal Hooligan. Aktar tard sirt naf li Hooligan kien hareg album fi Frar, izda 1-paranoja li kien hawn f'pajjizna ghar-referendum u l-elezzjoni generali honqu ghal kollox ir-release ta' 1-album "Originali Bhali".
Kien gimghat wara li 1-pubbliku deher li nduna li fix-xena muzikali lokali kien hawn element gdid.
  Kellimt lil Hooligan ghall-ewwel darba fuq it-telefon. Kwazi kwazi bdejt niddubita jekk kienx l-istess bniedem. li gieli rajt fuq it-televizjoni. Bniedem misthi, kwazi apologetiku ghax ma setax jiltaqa' mieghi ghal intervista fil-gurnata li ssuggerejtlu fuq it-telefon. Tlabtu jgib mieghu xi ritratti ta' meta kien zghir, "Ahjar le ghax kont boccu hafnaïž…u niddejjaq".
  Kif iltqajna l-ewwel haga li saqsejtu kienet ghaliex ghazel isem li ghandu mplikazzjonijiet vjolenti. Qalli li dan kien il-laqam tieghu meta kien juza CB Radio u baqa' maghruf hekk sa llum Meta nsistejt li Hooligan jista' jaghti idea ta' temperament aggressiv, qalli li meta wiehed jisma' l-muzika tieghu jaghraf mill-ewwel li l-messagg hu pozittiv.
  Jahdem 1-Airmalta, jghid li ma jaghmel xejn specjali, jiehu hsieb il-maintenance ta' l-ajruplani wara li jinzlu l-passiggieri, fl-istess nifs b'certa kburija jghid li jekk ma jkunux huma l-ajruplan ma jkunx jista' jitlaq.
Beda jikteb xi lirika  fl-1996, izda 1-imhabba ghall-muzika rap bdiet tliet snin qabel. Saqsejtu ghaliex proprju l-generu - rap. Kien xtara l-ewwel album ta' Smooth  Talk u 1-lirika laqtitu mill-ewwel, "Jekk. tisma' r-rap hemm messagg  tajjeb go fih".

   Ghidtlu li r-rap hu aktar assocjat mas-suwed, dak il-hin ftakart f'kumment  li kont smajt meta kont nahdem Bay Radio, "Whites cannot rap". Hooligan qata' d-diskors mill-ewwel u qalli li ma jemminx b'distinzjonijiet fil-muzika. Ghalih bniedem mhux se jaghmel differenza fl-emozzjoni li jesprimi bil-muzika sempliciment ghax hu abjad jew iswed.
  Mhux l-ewwel darba li smajt kummenti li Hooligan hu sosja ta' Eminem, u jipprova jimitah. X'hin semmejtlu dan il-fatt, b'nofs dahka u minn taht l-ilsien qalli li kien qed jistenna din id-domanda. "Qaluli li jiena  Eminem wannabe". Kummenti bhal dawn jirritaw lil Hooligan, qalli li qatt  ma pprova jimita lil hadd.
  Ommu hi l-aktar persuna importanti f'hajjet Hooligan tant li fl-album iddedika kanzunetta sabiex juriha mhabbtu u l-apprezzament tieghu lejn din il-persuna. Iqisha bhala ommu, it-tfajla tieghu, u l-akbar habiba. F'dal-mument jieqaf bhal li kieku jrid ibiddel xi haga milli qal. "Mhux ghax missieri le, pero' ommi nhossni aktar at ease maghha".
  Hooligan isemmi wkoll lit-tfajla tieghu bhala persuna. mportanti f'hajtu. Kif insemmu lit-tfajla b'dahka ta' tifel zghir u mqareb ighid li "heqq  in-nisa nhobbhom". Jiddiskrivi lit-tfajla tieghu bhala li ma tghirx,  u allahares ma kienx hekk ghax kieku bil-kummenti li jircieivi l-Hooligan  bl-sms's mhux la kemm ihallu kwalunkwe tfajla ma thosshiex skomda.
Fit-tletin minuta li damet l-intervista, it-telefon cellulari ta' Hooligan ma qata xejn. Sms's dehlin wiehed wara 1-iehor. 'Dawn kollha l-fans, tahsibx hazin" qalli b'misthija kbira. "Ma nafx kif qed idur in-number tieghi, imma nipprova nirrispondi lil kulhadd. Tispicca tonfoq flus fuq il-mobile aktar milli biex tiekol". Komplejt insaqsih dwar l-album tieghu, qalli li kien jahseb li johrog album u jintesa gimgha wara izda ma kienx hekk anzi, hames xhur wara li nhareg il-kanzunetti ta' dan l-album qed izidu fil-popolarita' mal-pubbliku Malti.
  Hooligan sab hafna persuni li kienu xettici mill-dea ta' album rap bil-Malti. Kien hemm min qallu li l-idea ma tiffunzjonax, qalulu li f'Malta, diga hawn rap barrani u bil-kemm jaghtu kasu, ahseb u ara kemm ser jaghtu kas rap bil-Malti. X'kellu differenti Hooligan? "Fiducja fija nnifsi u fil-muzika tieghi, issugrajtha u gietni tajba".Kien habib tieghu li ghenu finanzjarjament sabiex seta johrog "Originali Bhali". Sabha difficli li jkolllu support ta' sponsors ghax skond hu kien ghadu wicc gdid u hadd ma kien jafu.
  Semmejtlu kanzunetta partikolari li titkellern dwar l-esperjenza qarsa tal-mewt ta' habib tieghu. Qalli li kien miet b'overdose. Jiddeskrivi 1-esperjenza bhala kerha u jghid li ma tantx jitkellem fuq dan l-episodju minn hajtu ghax ma jixtieqx jerga' jiftah il-ferita. Jemmen li sentenzi ta' prigunerija jafu jkunu ta' ghajnuna ghal min jinqabad fil-vizzju tad droga.
   Supporter kbir tat-tim tal football Ingliz, Hooligan ghandu xewqa kbira li xi darba jara lit-tim Ingliz jirbah il-World Cup "Haduha fl-1966, jien lanqas biss kont twelidt". Hooligan hu bniedem li ghandu attitudni pozittiva lejn il-hajja, jaghmilha cara li ftit huma l-affarijiet li jdejquh, l-ghira, u l-piracy. Jiddiskrivi l-piracy bhala xi haga ngusta u toqtol l-industrija tal-muzika. Jghid li biegh ftit eluf ta' kopli originali ta' l-album, izda b'certezza jghid li nbieghu eluf kbar ta' cds ikkuppjati b'mod illegali. Jitkellem dwar episodiju meta kien ghaddej mill-Belt u sema l-muzika tieghu u ra cds ikkuppjati ta' l-album. "Mort l-ghassa tal-Belt u ghidt lil pulzija, qalli li ser jinzel hu stess jiccekkjaïž… meta marru ma sabu l-ebda kopja".
  Aktar tard din is-sena ghandna nistennew album gdid minghand Hooligan. Ftit tax-xhur ohra Hooligan ser jerga' jidhol fl-istudjo jahdem fuq materjal gdid
.