Kanonku Dun Karm Attard, BA, Lic.D. Direttur Spiritwali Onorarju

 Fl-Lulju 1970 tħabbar li kien se jkun hemm Kappillan ġdid fil-Parroċċa tal-Qrendi. Dan kien Dun Karm Attard qassis minn Ħaż-Żebbuġ, Malta. Dun Karm Attard ħa l-pussess tiegħu fit-2 ta’ Awwissu 1970 u kienet inħarget l-Istatwa Titulari għal din l-okkażjoni.

 Dun Karm huwa studjuz tal-Bibbja u huwa kien ta l-għajnuna lis-Soċjeta` tal-M.U.S.E.U.M meta din ġiet biex tistampa t-traduzzjoni tal-Bibbja li kien għamel Monsinjur Saydon.  Dun Karm kien kiteb tifsir aktar ħafif u aġġornat għal kull wieħed mill-kotba tat-Testment il-Qadim. 

Dun Karm Attard ċċelebra l-25 Sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu fil-15 ta’ Marzu 1992. Fis-sena 1995 kien jaħbat il-25 sena anniversarju minn meta l-Arċisqof għażel lil Dun Karm Attard bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Qrendi. Fl-1975 huwa kien beda programm ta’ xogħol estensiv fil-Knisja.  Huwa bidel is-sistema ta’ l-elettriku, għamel il-kalamita għas-sajjetti, żebagħ il-Knisja kollha u nduraha.  Kesa l-koppla u s-saqaf kollu bl-iskultura u bil-pittura fuq il-ħajja tal-Madonna u ndura diversi gandlieri, għamel tapiti u bukketti ġodda tal-ganutell għall-artali kollha.  Fi żmienu tlesta d-damask tal-Festa Titulari u saru żewġ linef kbar tal-kristall.

Nikol Aquilina twieled is-Siġġiewi fis-27 ta’ Novembru 1935. Hu studja fl-iskola Primarja tas-Siggiewi, Ħaż-Żebbuġ u l-Furjana. Attenda wkoll l-iskola ta’ San Mikiel il-Marsa u l-Liceo.  Nikol miżżewweġ lil Tereża nee’ Sciberras mill-Qrendi fl-24 ta’ Mejju 1959. Nikol wettaq id-dmirijiet tiegħu f’xogħolu kemm f’Malta u anke barra l-pajjiż f’karigi li huwa kellu ma’ l-Uffiċċju ta’ l-Affarijiet Barranin. Nikol inħatar bħala l-ewwel Sindku tal-Qrendi fl-Elezzjonijiet tal-1993.

Huwa wera ġibda lejn is-Soċjeta` Mużikali Santa Marija tal-Qrendi hekk kif ġie joqgħod fir-raħal. Insibu li mill-1960 sas-sena 1967, huwa kien Vici President. Fis-sena 1967 huwa mar Ruma fuq xogħol u rritorna lura fl-1970. Mill-1982 u 1983 huwa rega’ kien Vici President. Mill-1984 sal-1995 kien l-20 President tas-Soċjeta`. Nikol ħadem biex tiġi mkabbra l-pubblikazzjoni annwali tal-Festa ta’ l-Assunta.    Hu jikteb u jippubblika poeziji u sunetti fuq tema Marjana. Kiteb il-lirika ta’ diversi marċi Hu rrenja mill-kariga minħabba fir-regolamenti ta’ l-Istatut u biex jikkontesta l-Elezzjoni Generali ta’ l-1998. 

F’Jannar ta’ l-1996 Nikol Aquilina nħatar President Onorarju bħala rikonoxximent tas-servizz twil li hu ta lis-Soċjeta` Mużikali Santa Marija.  Huwa nħatar ukoll Chairperson ta’ l-Akkademja tal-Mużika u għadu jokkupa sal-lum

Mr. Nikol Aquilina  

Peter Sellers twieled f’Portsmouth l-Ingilterra fis-17 ta’Awwissu 1937 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fin-Northern Grammar School ta’ Portsmouth bejn l-1948 u l-1955.  Kompla l-istudji tiegħu f’Keele bejn l-1955 u l-1959 fejn ħa l-B.Sc. fil-kimika u l-fiżika. Wara ħa l-Ph.D fil-kimika fl-Universita` ta’ Manchester. Huwa kellu diversi ħatriet prestiġjużi fl-Universita` ta’ Lund fl-Isvezja.  Peter huwa miżżewweġ lil Pia Margarita Nordindorph LLd.

Peter Sellers iqatta l-vaganzi tiegħu fir-raħal tal-Qrendi hu huwa kien jiffrekwenta l-Kazin Santa Marija. Huwa kien talab li jissieħeb fis-Soċjeta` bħala Membru. Il-Kumitat Ċentrali ħass li persunaġġ ta’ dan il-kalibru kellu jiġi aċċettat bil-ferħ u fil-fatt ġie offrut lilu il-post ta’ President Onorarju.

Peter u l-mara tiegħu Pia għandhom ammirazzjoni kbira lejn il-bini tal-Każin il-Ġdid

Mr. Peter Sellers

Chev. Dr. Alfred Bonnici KM, MD, B.Pharm., Cert(GAM.UK), FRSM, F.R.S.H., F.R.A.E.S, Ex-MP  

Dr. Godfrey Farrugia M.D

Mr Nicholas Aquilina (USA) Imwieled Malta, jghix l-Amerika. 

 

Congratulations  for being selected as an Honorary Presidents
of our Society.

To thank these special people for their kindness, generosity and zeal they show to the St. Mary's Society, Qrendi, each in his own special way.

All that appears on this website is the property of St. Mary’s Musical Society, Qrendi and cannot be reproduced or copied without the prior consent of the mentioned Society Committee.

Dak kollu li jidher f’dan is-sit elettroniku huwa propjeta’ tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Marija, Qrendi u ma’ jistgħax jiġi riprodott jew ikkupjat mingħajr il-kunsens min qabel tal-Kumitat ta’ l-istess Soċjeta’