Last update August 2008

 

BuiltWithNOF

Published Articles

Articles: Operation Pedestal

These are articles published in newspapers and magazines about St. Mary in Malta as a Public Holiday, Our Club and Members of Our Society in Qrendi.

'OPERAZZJONI PEDESTAL' GRAJJA TA' QLUBIJA
Emmanuel Camilleri

 Harsa lejn l-avvenimenti tragici li wasslu biex it-tant mistenni Konvoj jidhol fi xtutna. Minn dak in-nhar Malta ma baqghetx fuq id-difiza izda marret fuq l-attakk.
   Is-sena 2002 hi sena li fiha niftakru f'diversi grajjiet storici marbutin mat-tieni gwerra dinjija, grajjiet li sehhew kollha 60 sena ilu. Insibu wkoll, fost it-tigrif ta' hafna bini madwar Malta, it-tigrif tat-Tejatru Rjal. Fix-xahar ta' April ta' l-1942 insibu mnaqqax fl-istorja ta' Malta l-ghoti tal-George Cross mir-Re George VI lill-poplu Malti.
  Grajja mportanti sehhet 60 sena ilu, proprju f'Awissu 1942. Din il-grajja hi maghrufa bhala 'Operation Pedestal', jew biex jifhimha kulhadd, il-grajja tal-Konvoj ta' Santa Marija.Kienet il-grajja li ghenet biex tgholli l-moral tal-Maltin fi zmienijiet tant difficli, u li halliet effett fuq il-korsa tal-gwerra. Ghalina l-Maltin din il-grajja ghandha sinifikat aktar grandjuz ghax sehhet proprju fi zmien meta l-Maltin jiccelebraw il-festa ta' l-Assunta.
   Dokumenti  Germanizi tas-sena 1942 maqbuda mill- Inglizi juru hekk "hemm tensjoni  tahraq fl-imhuh tal-ghadu (l-Inglizi) bejn Malta u l-operazzjonijiet fid-dezert. Sakemm Malta tinsab f'pozizzjoni li tista' tattakka, kemm bl-ajru kif ukoll bil-bahar, i1-komunikazzjonijiet taghna (tal-Germanizi) huma f'periklu. L-oggettiv ghandu jkun li Malta tinhataf jew li ngibuha  fi stat li ma tistax tattakka. Ghal din ir-raguni il-forzi ta' l-ajru taghna qed jingabru fuq Sqallija. Min-naha l-ohra Rommel irid 1-ghajnuna ta' kull ajruplan possibbli biex ikompli l-battalja fl-Afrika ta' Fuq. Imma jekk l-attakki fuq Malta jehfiefu din il-gzira facilment tista' terga tarma biex tattakkana u jekk tkun f'din il-pozizzjoni ikun impossibbli ghalina biex nissupplixxu lil Rommel bil-bzonnijiet mehtiega minhabba l-fatt li l-konvoj ta' bastimenti jsibha  difficli biex jaqsam mill-Italja ghall-Afrika ta' Fuq minghajr ma jigi attakkat mill-Forzi minn Malta"
  Fil-bidu ta' April 1942, il-Marixxall Tedesk Kesserling iltaqa' mad-dittatur Taljan Mussolini u mal-General Cavallero. Il-Marixxall Tedesk ghamel enfasi li l-attakki bl-ajru fuq Malta ghandhom ihallu lil din id-daqsxejn ta' gzira bla forza ta' xejn.
   F'Gunju. Rommel kellu l-pjan li jattakka lill-Inglizi u jahtaf Tobruk.  Dan seta' jaghmlu biss sakemm jibqghu jaslu l-htigiet essenzjali mill-Italja waqt li Malta tkun bla forza biex tattakka. Mussolini kien iddecieda li  l-pjani ;ghall-htif ta' Malta jithaffu u talab l-ghajnuna tal-Germanizi.  Hitler wieghdu zewg battaljuni ta' paraxutisti, battaljun ta'
inginiera, ajruplani tat-trasbord u barges ghall-invazjoni.
  Sadattant  il-Gvernatur ta' Malta, il-General Dobbie kien ferm imhasseb u ghajjien.  Imhasseb dwar is-sitwazzjoni f'Malta u ghajjien minhabba sahhtu. Fl-20 ta' April il-Gvernatur jirrapporta "minn mument ghall-iehor nistennew  li mmorru ghall-aghar jekk ma nircevux 1-affarijiet essenzjali ghall-hajja ta' kuljum bhad-dqiq, munizzjon u fuel, kif se nsalvaw? Ftit tal-granet  wara, 1-istess Dobbie jsemmi li r-razzjon tal-hobz kellu jonqos bi kwart  u l-affarijiet essenzjali ghandhom iservu sa nofs Gunju. Minhabba li sahhtu marret lura, il-General Dobbie kellu jigi mibdul u floku dahal  lord Gort.

Protezzjoni akkost ta' kollox
  Sadattant  il-Prim Ministru Ingliz Winston Churchill kien gharaf tajjeb il-pozizzjoni  strategika ta Malta f'nofs il-Mediterran u biex jissupplixxi lil Malta bil-htigiet taghha. L-ewwel tentattiv sar proprju f'Gunju 1942 meta zewg konvojs ta' vapuri salpaw lejn Malta. Wiehed telaq mill-Egittu taht 1-isem ta' Vigorous u 1-iehor telaq min-naha 1-ohra tal-Mediterran minn Gibilta taht 1-isem ta' Harpoon. Dawn iz-zewg konvojs bejniethom kienu jikkonsistu fi 17-il vapur merkantili u xejn anqas minn 82 bastiment tal-gwerra bhala skorta. Mill-vapuri merkantili tnejn biss irnexxielhom jghaddu mill-bokka  tal-Port il-Kbir ta' Malta, sitta ohra gew mgharrqa, filwaqt li 1-kumplament  gew imregggha lura min fejn gew.
  Churchill  .kellu l-intenzjoni li f'Lulju. jerga' jkun hemm tentattiv iehor, imma d-domanda ghall-vapuri ghall-glied fl-Atlantiku, konvojs ghar-Russja,  glied fil-Pacifiku u fl-Asja ghamluha impossibbli li jkun hemm vapuri ghal konvoj iehor lejn Malta. Imma dak li ma sarx f'Lulju sar f'Awissu.
  Kien l-10 t'Awissu 1942 meta ghadd kbir ta' vapuri ghaddew mill-fliegu ta' Gibilta. Kien hemm 14-il vapur merkantili u xejn inqas minn 59 vapur tal-gwerra bhala skorta. Il-vapuri merkantili kienu mghobbija sa ruh ommhom b'dak kollu li Malta kienet tinhtieg f'dak il-mument ta' disperazzjoni.
Min-naha ta' l-ghadu li 'kien biss 60 mil boghod mix-xtut Maltin kien qed jithejja 1-pjan biex jaghtu merhba lil dan il-Konvoj destinat lejn Malta. Dan kien qed jipprepara flotta ta' sottomarini, bastimenti tal-gwerra flimkien ma, kwantita kbira ta' ajruplani, kollha bl-ghan wahdieni li ebda vapur ma jirnexxilu jasal sal-port ta' Malta.
  L-operazzjoni  'Pedestal' kienet taht il-kmand tal-Vice Admiral Syfret minn fuq il-bastiment tal-gwerra Nelson. Dan il-bastiment flimkien ma' iehor bhalu, ir-Rodney, kienu ngabru apposta ghal din 1-operazzjoni minn Scapa Flow u l-Bahar  Artiku. Ma' dawn inghaqdu wkoll tliet bicciet tal-bahar li jgorru l-ajruplani, il-Victorious, 1-Indomitable  u 1-Eagle. Bicca ohra li ggorr 1-ajruplani,  il-Furious kienet qed iggorr 38 ajruplan tat-tip Spitfire lejn Malta.
  L-14-il  vapur merkantili destinati ghal Malta kienu fost l-aqwa li kien hawn  dak iz-zmien. Hdax minnhom kienu vapuri Inglizi, tnejn kienu Amerikani filwaqt li l-iehor kien mibni 1-Amerika imma kellu l-ekwipagg tieghu  Ingliz. Dan kien l-uniku vapur li kien qed igorr provista ta' zejt, pitrolju,  u affarijiet ohra f'dan il-konvoj. Dan il-vapur, jew ahjar tanker kien  I-Ohio. Kien tanker modern u gie maghzul ghal din l-operazzjoni minhabba 1-heffa tieghu kif ukoll ghax seta' jgorr iktar minn 10,000 tunnellata ta' fuel zjut ohra mehtiega ghan-Navy u 1-Air Force f'Malta kif ukoll sahansitra  ghall-pompi ta' 1-ilma, li jekk kienu jieqfu kienet tieqaf ukoll il-provista ta' 1-ilma f'Malta.

Telf ta' Vapuri
  Il-vapuri  li kienu jiffurmaw il-konvojs ghaddew mill-fliegu ta' Gibilta' ghall-Bahar Mediterran proprju fil-lejl ta' bejn 1-10 u l-11 t' Awissu u fit-triq bejn Gibilta u Malta kien hemm 21 sottomarin jistennewhom, 18 Taljani u tlieta Germanizi lesti bhal ghasafar tal-priza biex jaqbzu fuq il-priza taghhom. Ma' dawn kien hemm ukoll forza ta' 784 ajruplan Germanizi u Taljani lesti wkoll biex jidhlu fl-azzjoni. Dan kollu ma kienx bizzejied ghax ghal-lest kien hemm ukoll madwar 23 lanca li jisparaw it-torpedoes  flimkien mal-bastimenti kbar tal-gwerra li kienu jiffurmaw il-flotta Taljana.
  L-ewwel  vittma minn dan il-konvoj kellu jkun il-bastiment li jgorr l-ajruplani  l-Eagle, Sottomarin Germaniz, il- U73, irnexxielu jippenetra f'nofs il-bastimenti Inglizi u spara erba' torpedoes lejn l-Eagle u laqatha bl-erbgha li kienu. Din fi ftit minuti nqalbet u gherqet, izda 900 mill-ekwipagg ta' xi, 1,100 li kellha fuqha gew salvati. Min-naha l-ohra d-destroyer Ingliz Wolverine gharraq is-sottomarin Taljan Dagabur.
  Il-konvoj  baqa' ghaddej b'ritmu ghal Malta imma hekk kif ix-xemx waslet biex tinzel beda 1-ewwel attakk bl-ajru minn 26 ajruplan Germaniz. Dan l-attakk gie mregga' lura mill-kanuniera abbord il-bastimenti. Imma l-kbir kien ghadu gej.
  L-ewwel  attakki ta' filghodu gew imregghin lura wkoll, imma f'nofs-in nhar sar attakk qawwi minn 70 ajruplan bomber skortati minn ajruplani tal-glied. F'dan 1-attakk intlaqat il-Victorious imma.l-hsara kienet minima. Intlaqat  ukoll l-ewwel vapur merkantili id-Deucalion li garrabb hsarat estensivi  u ghereq. Il-bastiment Ingliz Ithuriel irnexxielu jgharraq sottomarin iehor Taljan Cobolto.
  Ma' nzul ix- xemx l-attakki regghu bdew. Din id-darba d-destroyer Foresight kienet il-vittma u gherqet, filwaqt li bomba splodiet fuq il-gverta ta.' I-Indomitable. Din, f'dak il-hin kellha l-ajruplani taghha qed jittajru u ma setghux jinzlu lura fuqha ghalhekk nizlu fuq il-Victorious, 1-uniku bastiment ta' 1-ajruplani li kien ghadu jiffunzjona.
  Skond  il-pjan imfassa1 minn qabel, il-bastimenti kbar Inglizi waslilhom il-hin li jirtiraw lura minn fejn gew u ghalhekk. il-kmand ta1-konvoj ghadda f'.idejn 1-Ammirall H.M. Burrough li kien fil-cruiser in-Nigeria.Kif  appena 1-kmand ghadda f'idejh beda l-aghar attakk fuq il-konvoj.
Tliet vapuri gew milquta mis-sottomarin Taljan Axum Intlaqtu 1-bastiment ta' l-Ammirall in-Nigeria li kellu jdur lura lejn Gibilta'. Wara, l Ammirall ittrasferixxa ruhu  fuq id-destroyer Ashanti. Intlaqtet ukoll il-cruiser Cairo u ftit wara gherqet, u ftit wara ntlaqat ukoll it-tanker Ohio. Dan ha n-nar imma  gie kkontrollat u seta' jkompli fit-triq lejn Malta.
  Waqt dan 1-attakk feroci l-konvoj kien f'konfuzjoni shiha bil-vapuri jduru f'kul1 direzzjoni biex jevitaw li jintlaqtu u f'din il-konfuzjoni kien hemm il-biza' li xi vapuri minn tal-konvoj setghu jahbtu ma' xulxin. Meta l-konvoj rega' gie fl-ordni wasal attakk iehor minn madwar 100 ajruplan bomber. Tnejn mill-vapuri merkantili ntlaqtu u gherqu. Dawn kienu 1-Empire Hope u 1-Clan Ferguson. Intlaqtu zewg vapuri ohra, il-Brisbane Star u 1-Kenya  li ntlaqtet mis-sottomarin Taljan Alagi. Dawn iz-zewg bastimenti, minkejja li kienu milquta, setghu ikomplu jbahhru fid-direzzjoni ta' Malta. Sa hawn i1-kbir kien ghadu ma bediex.
  Ghall-habta  ta' nofs il-lejl ta' bejn it-12 u t-13 ta'Awissu 1-konvoj kien jinsab.  fl-aktar bicca bahar qrib il-bazijiet Taljani meta wasal attakk ghal  gharrieda minn 10 lanec kbar, tmien Taljani u tnejn Germanizi.
  Dawn ghamlu attakk tal-biza' fejn irnexxielhom jidhlu sahansitra sa 50 jarda qrib il-bastimenti tal-konvoj u gherrqu erba' vapuri merkantili, tnejn Inglizi u tnejn Amerikani. Dawn kienu il-Wairangi u Glenorchy, u s-Santa Elisa u Almeira. Aktar tard intlaqat ukoll ir-Rochester Castle minn torpedo imma rnexxielu jibqa' sejjer.

Telf kbir u Hsarat
  Sebah  it-13 ta' Awissu fejn il-bastimenti li kienu ntlaqtu u garrbu xi hsarat gew irrangati kif setghu biex jibqghu jbahhru lejn Malta imma I-cruiser  Manchester li garrbet ukoll xi hsarat kellha tkun abbandunata u mgharrqa ghax il-hsara kienet kbira wisq. Il-bahrin tal-konvoj issa kienu bla sahha.
Kif sebah il-jum tat-13 ta' Awissu 1-ajruplani tal-ghadu regghu gew ghal appuntament iehor u proprju f'dan l-ewwel attakk ta' din l-ghodwa gie milqut il- Waimarama. Dan il-bastiment sar fjamma wahda minhabba li fuq il-gverta kellu hafna landi tal-petrol munizzjon li ghamlu herba mill-vapur. Madwaru kien hemm ukoll nirien kbar fuq 1-ilma kkagunat miz-zejt. Fil-qrib kien hemm vapur iehor mghobbi b'hafna landi tal-petrol u balal. Dan kien il- Melbourne Star izda x-xorti riedet li ghadda b'wicc il-gid ghajr ghaz-zebgha tieghu li tqaxxret bin-nar.
  Intlaqtu wkoll xi tliet vapuri ohra merkantili, fosthom rega' ntlaqat it-tanker Ohio. Din id-darba ntlaqat minn zewg ajruplani Germanizi li baqghu dehlin go fih. Wiehed kien tat-tip JU88 u iehor stuka. Ftit wara dan kollu l-makni ta' l-Ohio waqfu ghal kollox u t-tmiem deher qrib hafna. Imma 1-istorja tghid mod iehor. Intlaqtet ukoll id-Dorset li wara kellha tigi mgharrqa.
  F'dan  l-istadju 1-konvoy gie ridott ghall-tliet vapuri biss wiehed minnhom  b'nar fuqu u l-vjagg kien ghadu mhux mitmum ghax kien ghad jonqos madwar  90 mil ghall-port ta' Malta, zewg vapuri ohra, minhabba l-hsara li kellhom irhewla lejn Malta ghal rashom u barra mill-konvoy filwaqt li t-tanker  Ohio kien qed jistenna l-ghajnuna biex forsi jigi assistit lejn il-port. F'attakk iehor tintlaqat il-Kenya imma kompliet il-missjoni.
  Ahbar  bdiet tigri fost il-bahrin ghajjiena li 1-flotta Taljana ta' bastimenti ma setghux jiccaqalqu minhabba nuqqas ta' fuel, filwaqt li 1-bastimenti zghar bhal cruisers u destroyers gew ordnati jattakkaw il-konvoy minghajr  1-ebda skorta ta' ajruplani biex jaghtuhom protezzjoni.
Din kienet decizjoni zbaljata min-naha tal-ghadu, tajjeb insemmu li waqt li 1-battalja fuq  il-bahar kienet sejra kienet qed issehh battalja ohra fuq l-art Taljana.  Battalja bejn Ammirall Taljan Riccardi u Wiechold Field Marshall Kesserling  u l-General Fougier fuq in-naha l-ohra, il-kwistjoni kienet dwar minghandu jinghata l-protezzjoni ta' 1-ajruplani bombers? Din il-kwistjoni jidher li ma kinetx facli li tissolva ghalhekk dahal il-Marixxall Cavallero li pogga 1-istess mistoqsija lil Mussolini nnifsu, dan ta' l-ahhar mar favur li l-ajruplani tal-glied jintuzaw bhala skorta ma' 1-ajruplani bombers, decizjoni hazina ghall-ahhar min-naha tal-ghadu u tajba hafna ghalina l-Maltin, ghax filwaqt li l-attakki bl-ajruplani hallew effett minimu fuq il-kumplament tal-konvoy, il-vapuri Taljani bl-iskorta ta' l-ajruplani maghhom kienu jkunu kapaci jharbtu dak kollu li kien baqa' mill-konvoj.
  Sadattant  bil-konvoj qrib hafna tal-port il-kbir ir-Royal Air Force fuq Malta bdiet thaddem certi manuvri ta' sparar ta' flares bil-lejl u jintbaghtu  messaggi foloz li setghu jinqabdu wkoll mill-ghadu li kienet se tibda kinsa bl ajru bejn Malta u Sqallija u jidher li din il-manuvra rnexxiet ghax il-bastimenti Taljan gew ordnati lura imma ftit qabel is-sottomarin  Ingliz P42 taht. il-kmand ta' Lt. ACG Mars irnexxielu jikkaguna hsarat kbar fuq il-cruisers Bolzano u Muzio AttendoIo. Il-hsara tant kienet kbira li dawn iz-zewg bastimenti damu jissewwew sa Settembru ta' l-1943.
L ahhar attakk bl-ajru min-naha tal-ghadu sehh f'dik il-gurnata u f'dan l-attakk gew mgharrqa zewg. vapuri ohra merkantili.
  F'dik  1-istess gurnata dahlu fil-port il-Port Chalmers, 'Rochester Castle u Melbourne Star, l-ghada dahal il-Brisbane Star izda l-aktar vapur importanti tal-konvoj kien ghadu xi 70 mil nawtiku boghod bil-hazna ferm importanti ta' zejt u fuel, din il-hazna kienet go tanker li minn hin ghall-iehor  kien mistenni jghereq.
  L-Ohio ha xejn anqas minn 48 siegha biex gie assistit lejn il-port minn zewg destroyers Penn u Ledbury u l-minesweeper Rye meta wasal il-port sab laqgha tremenda mill-Maltin u l-Inglizi li kienu qed jistennewh fuq is-swar li dawru l-port il-Kbir. L-Ohio tant kellu hsara li kellu hsara li fl-1946 wara li gie deciz li ma jissewwiex ittiehdet id-decizjoni li jigi mgharraq minn Navy Ingliza.
Il-hazna ta' I-Ohio kienet ikkalkulata li ghandha sservi sa Dicembru. Il-wasla ta' I-Ohio nkienet tfisser l-gheluq ta' l-Operazzjoni Pedestal.
  Mir-riferenzi  sibt li hemm nuqqas ta' qbil ta' kemm fil-fatt kien it-tunnellagg ta' merkanzija li waslet f'Malta permezz ta' dan il-konvoj. F'wahda mir-riferenzi sibt li mill-port ta' Clyde tghabbew 85,000 tunnellata ta' merkanzija, fil-port ta' Malta dahlu biss 32,000 tunnellata mhux inkluza it-taghbija ta' I-Ohio li wahdu kellu mal-10,000 tunellata ta' zejt u fuel iehor. Minn riferenzi ohra sibt figuri ta' 50,000 u 55,000 tunnellati l-merkanzija li waslet Malta.
  Huma liema huma 1-figuri tajbin hu fatt li dan il-konvoj kellu telf kbir matul il-vjagg kemm f'bastimenti, merkanzija, u nies, u meta wiehed jara dan it-telf kollu jista' jasat ghal konkluzjoni li l-Germanizi u t-Taljani rregistraw rebha f'din il-battalja fuq il-bahar imma meta wiehed jikkonsidra li l-merkanzija li rnexxielha tidhol f'Malta kienet se zzomm lil din il-gzira li tiggieled ghal ta' 1-anqas tliet xhur ohra allura d-dubju ta' min kienet ir-rebha tista' tasal ghaliha aktar facli. Min-naha l-ohra kieku l-Germanizi u t-Taljani ma wettqux l-izball ta' l-ahhar u taw skorta ta' ajruplani lill-bastimenti taghhom forsi l-istorja ta' Operation Pedestal kienet tkun minsuga ferm differenti milli fil-fatt hi. Kieku rnexxielhom biss jgharrqu l-Ohio l-istorja ta' Malta kienet tkun differenti ghax minghajr it-taghbija tieghu Malta ma setghetx tkompli bl-attakki fuq konvojs b'tasghbija ta' materjal destinat ghall-armata ta' Rommel fl-Afrika ta' Fuq. Ghallhekk wiehed jista' jghid li l-Ohio wahdu wkoll halla effett fuq il-korsa ta' gwerra fil-Mediterran.

Malta Trejqet
  Bil-wasla  tal-konvoj ta' Santa Marija ma kienx ifisser li l-problemi ta' Malta  kienu spiccaw, altru minn hekk, anzi nsibu irrekordjat li wara l-konvoj  ir-razzjon tal-Maltin kompla jinzel ras ghar-ras u dan kien f'livell li fl-Ingilterra qatt ma ntlahaq. Sahansitra nsibu li fil-Grecja fejn din kienet taht l-okkupazzjoni Germaniza ir-razzjon ta' l-ikel kien ferm ahjar minn dik tal-Maltin.
  Ghaddew  60 sena minn din il-grajja li llum hi minsuga fl-istorja grandjuza ta' Malta u jkun tassew ta' ghajb ghalina bhala nazzjon li ninsew kemm sagrificcji saru minn dawk il-bahrin u ufficjali li bahhru f'dawk il-konvojs, ikun verament nuqqas ta' rispett lejn dawk kollha li hallew hajjithom biex Malta tkun salvata minn halq in-nazzizmu u nuqqas ta' rispett lejn l-istess familjari taghhom li ghal ghomorhom kellhom jiccahdu mill-gheziez taghhom proprju ghax ma regghux lura minn l-Operazzjoni Pedestal.
  Fiz-zmienijiet li qed nghixu fihom illum tajjeb li wiehed jistaqsi kemm ahna l-Maltin inhossuna onorati b'dak kollu li Malta u 1-Maltin ta' qabilna ghaddew minnu? Wisq nibza li ftit ghadu jinteressana x'ghamlu missirijietna, minkejja li gew iddekorati permezz tal-George Cross gha1l-q1ubija u ahna llum tant m'ahniex grati lejn dak kollu li sofrew li ghandi dubju jekk f'Malta kollha ssibx 100 persuna li wara l-isem Malta jnizzIu l-"GC" biex nuru li ahna nies kburin b'dak kollu li wettqu missirijietna fit-tieni gwerra dinjija.

Riferenzi:
Woodward D.; Second World War; Vol 3.; BPC, Pub Ltd., (1973)
Churchill  W.:  Classic Memories Second World War; Vol 7, 8; Cassell & Company Ltd. (1951)
Lord Strabolgi RN; Sea Power in Second World War: Hutchinson & Company Ltd (1943).
Lt. Col Bauer E.; World War Two: Vol.3: Orbis Pub. Ltd (1972)
Thursfield, H.B.; Brassey's Naval Annual 1943: Clowes & Sons Ltd.