graphic
Merħba     Attivitajiet tas-Soċjeta'     Sezzjonijiet     Radju 15 ta'Awwissu     Kalendarju tal-Attivitajiet


Storja tas-Soċjeta'

Soċjeta’ Mużikali Santa Marija, Qrendi

Il-Każin tal-Banda Santa Marija jikkonsisti f’għaqda Volontarja, Soċjali u Mużikali ddedikat lil Marija Assunta

  • Biex trabbi apprezzament mużikali fost il-membri, speċjalment il-ġenerazzjoni żgħażugħa.
  • Biex torganizza l-festa ta’ Santa Marija fil-15 ta’ Awwissu.
  • Biex torganizza ż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet artistiċi.
  • Biex torganizza attivitajiet sportivi bħal Football, Darts, Snooker, etc.
  • Biex torganizza attivitajiet ta’ ġbir ta’ Fondi.
  • Is-Soċjeta’ ġiet imwaqqfa fl-1908, l-ewwel biex tiċċelebra bis-sħiħ il-festa tal-Assunta, biex iżżomm it-tradizzjonijiet ħajjin għal ġenerazzjoni futura, għax f’dak iż-żmien kkienet qed tiġi traskurata serjament. Il-fundaturi tas-Soċjeta’ kienu Ignazio Falzon, Giuzeppe Axiak(1868-1927), Mose’ Zammit, Francesco Falzon u Raimondo Ellul. L-ewwel president Onorarju kien professur u politiku magħruf Dr. Pier Gius Frendo LL.D. Hu kien wieħed mil-Fundaturi tal-Partit Laburista. L-ewwel President kien Dr. Robert Tabone P.L. Fl-1944 is-Soċjeta’ bdiet it-tagħlim tal-mużika u fi ftit xhur kienu mgħallma 22 mużiċist żgħażugħ mis-Surmast Fundatur Giuseppe Muscat. Fil-fatt Il-Banda Santa Marija kienet l-ewwel banda mill-Qrendi li daqqet fil-pubbliku meta fil-5 ta’ Awwissu 1945 ħadet sehem f’purċissjoni li akkumpanjat l-istatwa ta’ Santa Marija wara li ġiet restawrata, mill-Kappella tas-Salvatur sal-Knisja Parrokkjali. F’din l-okkażjoni indaqq l-innu popolari li kien miktub mill-poeta magħruf, Karmenu Vassallo, mill-Banda Santa Marija akkumpanjata minn kor ta’ tfajliet mis-soċjeta’. Fit-3 ta’Settembru ġie organizzat l-ewwel kunċert pubbliku mill-Banda fl-okkażjoni tal-festa tal Madonna tal-Konsolazzjoni. Fl-1995 ġiet imwaqqfa l-Akkademja tal-Mużika biex tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-banda, b’sub-kumitat li jkun elett fil-laqgħa ġenerali f’Ottubru għall-mużiċisti tal-banda. Minn dakinhar is-Soċjeta’ tant kibret li llum tikkonsisti f’madwar 500 soċi. Dejjem kienet benniena ta’ talent. Jingħataw lezzjonijiet tal-mużika b’xejn lil min jixtieq u jingħataw l-istrument ukoll u min irid jixtrih hu.
  • Laqgħa Ġenerali hija organizzata kull Jannar biex jiġi aġġornat l-istatut u jikkonfermaw jew jibdlu l-kumitati. Jista jkun hemm laqgħat ġenerali straordinarji wkoll matul is-sena meta jkun hemm bżonn. Il-kumitat preżenti huwa presedut minn Martin Formosa, Mario Zerafa, segretarju u Felix Zerafa, teżorier. Hemm aktar sub-kumitati wieħed minnhom tan-nisa presedut minn Ġina Schembri, taż-żgħażagħ presedut minn Emilio Farrugia, tan-nar, dirett minn Felix Zerafa, Radju 15 ta’ Awwissu Presedut minn Mario Zerafa u l-Akkademja Mużikali preseduta minn Nikol Aquilina li huwa wkoll wieħed mill-presidenti onorarji tas-soċjeta’ u ex-sindku tal-Qrendi. 

    Jiġu organizzarti diversi attivitajiet matul is-sena prinċipalment biex jinġabru fondi, bħal ikliet, iljieli Maltin u bar-b-ques fis-Sajf, ikla tal-Milied, buffet f’ xi lukanda, discos u lotteriji li jsiru matul is-sena. Issir ukoll fiera kbira fis-sena ta’ tlett ijiem f’San Mattew tal-Maqluba jew fil-Misraħ tal-Ħniena alternament, fejn jinbena palk għall-wirjiet minn kantantri popolari mistiedna.

    St. Mary’s Musical Society, Qrendi

    St. Mary's Band Club consists of a Voluntary Social Musical Club dedicated to Our Lady's Assumption

    • To foster a better musical appreciation amongst  our members especially the younger generation
    • To organise the feast of 'Santa Maria' on the 15th August.
    • To organise young people to develope their artistic skills.
    • To organise sports activities like Football, Darts, Snooker, Soccer, etc.
    • To organise Fund Raising Activities. 
  •      The society was founded in 1908, first to celebrate to the full, the feast of the Assumption,  to keep old traditions alive for future generations, as at that time it was being seriously neglected. The Society's founders were Ignazio Falzon, Giuseppe Asciak (1868-1927), Mose` Zammit, Francesco Falzon and Raimondo Ellul. The first Honorary President was a known Professor and politition, namely Dr. Pier Gius Frendo LL.D. He was one of the founders of the Malta Labour Party. The first President was Dr. Roberto Tabone P.L. In 1944 the Society commenced musical tuition and in a few months 22 young musicians were trained by the founder Band Master Giuseppe Muscat. In fact the St Mary's Band was the first "band" from Qrendi to perform in public when on 5th August 1945 the band took part in the procession which accompanied the freshly restored statue of St Mary from the chapel of Our Saviour to the Parish Church. On this occasion the popular hymn written by the renowned Maltese poet, Karmenu Vassallo, was played by the St Mary's Band and accompanied by the Society's girl choir. Then on the 3rd September, the Band held the first Official public concert on the occasion of the Feast of Our Lady of Consolation. In 1995 the Musical Acadamy was instituted to take care of the needs of the Band with a sub-committee which is elected in a general meeting for the band's musicians in October. Ever since then it has grown so that there are about 500 paying members today. It has always been a nest for talent. Free music lessons are given to those who wish for it, and given a musical instrument by the club or else the instruments can be bought by the member/student.
  •  A general meeting is organised every January to update statute and confirm or change committees. There could be general extraordinary meetings also during the year when the need arises. The present Central Committee is chaired by Martin Formosa as President, Mario Zerafa, Secretary and Felix Zerafa as the Treasurer. There are several sub committees, namely the Ladies Committee with Gina Schembri as Chairwoman, the Youth Committee with Emilio Farrugia as Chairperson, the Fireworks Committee with Felix Zerafa as the Director, the Radju 15 ta' Awissu Committee with Mario Zerafa as Chairman along with the previously mentioned Musical Accadamy chaired by Nikol Aqiulina who incidentally is also one of the Society's Honorary President and ex-Qrendi Mayor.

    Several activities are organised during the year mainly for fund raising, like ocasional dinners, several outdoor Maltese nights and bar-b-ques during the summer, buffet in hotels, Christmas dinner, discos and several raffles during the year. A big three day fair is organised every year, at St. Matthew (Tal-Maqluba) or at Our Lady of Mercy Square alternately, where a stage is erected for shows by several invited popular guests.

    All that appears on this website is the property of St. Mary’s Musical Society, Qrendi and cannot be reproduced or copied without the prior consent of the mentioned Society Committee.

    Dak kollu li jidher f’dan is-sit elettroniku huwa propjeta’ tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Marija, Qrendi u ma’ jistgħax jiġi riprodott jew ikkupjat mingħajr il-kunsens min qabel tal-Kumitat ta’ l-istess Soċjeta’